This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016L0097
Directive (EU) 2016/97 of the European Parliament and of the Council of 20 January 2016 on insurance distribution (recast)Text with EEA relevance
Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni)Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 26, 02/02/2016, p. 19–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/10/2024
2.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/19 |
DIRETTIVA (UE) 2016/97 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Jannar 2016
dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Għandhom isiru numru ta’ emendi fid-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Fl-interess taċ-ċarezza, dik id-Direttiva għandha tiġi riformulata. |
(2) |
Billi l-objettiv ewlieni u s-suġġett ta’ din ir-riformulazzjoni huwa li jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, u billi dawk l-attivitajiet jitwettqu madwar l-Unjoni, din id-Direttiva ġdida għandha tissejjes fuq l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-forma ta’ direttiva hija xierqa, sabiex tippermetti li d-dispożizzjonijiet implimentattivi fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva, fejn meħtieġ, ikunu jistgħu jiġu aġġustati għal kwalunkwe sitwazzjoni speċifika li jkun hemm fis-suq u fis-sistema legali partikulari ta’ kull Stat Membru. Din id-Direttiva għandu jkollha fil-mira wkoll il-koordinazzjoni tar-regoli nazzjonali li jikkonċernaw aċċess għall-attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. |
(3) |
Madankollu, din id-Direttiva timmira lejn armonizzazzjoni minima u għalhekk ma għandhiex tipprekludi lill-Istati Membri milli jżommu jew idaħħlu dispożizzjonijiet aktar rigorużi biex jipproteġu lill-konsumaturi, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ikunu konsistenti mal-liġi tal-Unjoni, inkluża din id-Direttiva. |
(4) |
L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandhom rwol ċentrali fid-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fl-Unjoni. |
(5) |
Tipi differenti ta’ persuni jew istituzzjonijiet, bħal aġenti, sensara u operaturi ta’ bankassigurazzjoni, impriżi tal-assigurazzjoni, aġenti tal-ivvjaġġar u kumpaniji tal-kiri ta’ karozzi, jistgħu jqassmu prodotti tal-assigurazzjoni. L-ugwaljanza fit-trattament fost l-operaturi, u l-protezzjoni tal-klijenti, jeħtieġu li dawk il-persuni jew istituzzjonijiet ikunu lkoll koperti b’din id-Direttiva. |
(6) |
Il-konsumaturi għandhom jibbenefikaw mill-istess livell ta’ protezzjoni, minkejja d-differenzi bejn il-mezzi ta’ distribuzzjoni. Sabiex ikun żgurat li jkun japplika l-istess livell ta’ protezzjoni u li l-konsumatur jista’ jgawdi standards komparabbli, b’mod partikulari fl-iżvelar ta’ informazzjoni, huwa fundamentali li jkun hemm kundizzjonijiet ugwali għad-distributuri. |
(7) |
L-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/92/KE wriet li għadd ta’ dispożizzjonijiet jeħtieġu jiġu ppreċiżati iktar, bil-għan li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u li l-protezzjoni tal-klijenti teħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jitwessa’ biex jinkludi kull bejgħ ta’ prodotti tal-assigurazzjoni. L-impriżi tal-assigurazzjoni li jbigħu l-prodotti tal-assigurazzjoni direttament għandhom jinġiebu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva l-ġdida, b’mod simili, għal aġenti tal-assigurazzjoni u sensara. |
(8) |
Sabiex jiġi ggarantit li japplika l-istess livell ta’ protezzjoni irrispettivament mill-mezz li bih il-klijenti jixtru prodott tal-assigurazzjoni, sew direttament minn impriża tal-assigurazzjoni sew indirettament minn intermedjarju, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jkopri mhux biss l-impriżi tal-assigurazzjoni jew l-intermedjarji, iżda wkoll parteċipanti oħra fis-suq li jbigħu prodotti tal-assigurazzjoni fuq bażi anċillari bħal pereżempju l-aġenti tal-ivvjaġġar u l-kumpaniji tal-kiri tal-karozzi, sakemm ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal eżenżjoni. |
(9) |
Għad hemm differenzi sostanzjali bejn dispożizzjonijiet nazzjonali li joħolqu ostakoli għall-bidu u l-insegwiment tal-attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fis-suq intern. Hemm bżonn li s-suq intern jiġi msaħħaħ ulterjorment u li jiġi promoss suq intern reali għal prodotti u servizzi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja u dawk mhux fuq il-ħajja. |
(10) |
It-taqlib finanzjarju riċenti u li għadu għaddej issottolinja l-ħtieġa importanti li tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-konsumaturi ma’ kull settur finanzjarju. Għaldaqstant, huwa xieraq li tissaħħaħ il-fiduċja tal-klijenti, kif ukoll li t-trattament regolatorju tad-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni jinġieb iktar uniformi, sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ protezzjoni tal-klijenti madwar l-Unjoni. Il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi għandu jiżdied fir-rigward tad-Direttiva 2002/92/KE sabiex tonqos il-ħtieġa għal miżuri nazzjonali li jvarjaw. Huwa importanti li titqies in-natura speċifika tal-kuntratti tal-assigurazzjoni meta mqabbla mal-prodotti ta’ investiment irregolati skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Għalhekk id-distribuzzjoni ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, inklużi prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, għandhom jiġu regolati taħt din id-Direttiva u allinjati mad-Direttiva 2014/65/UE. L-istandards minimi għandhom jogħlew fir-rigward tar-regoli ta’ distribuzzjoni u għandhom jinħolqu kundizzjonijiet indaqs fir-rigward tal-prodotti kollha ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni. |
(11) |
Din id-Direttiva għandha tapplika għal persuni li l-attività tagħhom tikkonsisti fil-provvista ta’ servizzi ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni lil partijiet terzi. |
(12) |
Din id-Direttiva għandha tapplika għal persuni li l-attività tagħhom tikkonsisti fl-għoti ta’ informazzjoni dwar kuntratt wieħed jew aktar tal-assigurazzjoni, bi tweġiba għal kriterji magħżula mill-klijenti, ikunx permezz ta’ websajt jew tip ta’ midja oħra, jew fil-provvista ta’ klassifikazzjoni ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni, jew ta’ skont fuq il-prezz ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, fejn il-klijent huwa kapaċi jikkonkludi direttament jew indirettament kuntratt tal-assigurazzjoni fi tmiem il-proċess. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal websajts amministrati minn awtoritajiet pubbliċi jew assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi li ma għandhomx l-għan li jikkonkludu xi kuntratt iżda sempliċiment li jqabblu l-prodotti tal-assigurazzjoni disponibbli fis-suq. |
(13) |
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għas-sempliċi introduzzjoni ta’ attivitajiet li jikkonsistu fil-provvista ta’ data u informazzjoni dwar detenturi potenzjali ta’ poloz lil intermedjarji jew impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, u lanqas tal-informazzjoni dwar prodotti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, jew dwar intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, lil detenturi potenzjali ta’ poloz. |
(14) |
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal persuni b’attività professjonali oħra, bħal esperti tat-taxxa, kontabilisti jew avukati, li jipprovdu konsulenza dwar il-kopertura ta’ assigurazzjoni fuq bażi inċidentali matul dik l-attività l-oħra professjonali, lanqas ma għandha tapplika għas-sempliċi għoti tal-informazzjoni ta’ natura ġenerali dwar prodotti ta’ assigurazzjoni, sakemm l-għan ta’ dik l-attività ma jkunx li jgħin lill-konsumatur jikkonkludi jew iwettaq kuntratt ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-ġestjoni professjonali ta’ pretensjonijiet f’isem impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, u lanqas għall-aġġustament tat-telf u l-valutazzjoni esperta tal-pretensjonijiet. |
(15) |
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal persuni li jwettqu d-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni bħala attività anċillari, meta l-primjum ma jaqbiżx ċertu ammont u r-riskji koperti jkunu limitati. Tali assigurazzjoni tista’ tkun komplementari għal prodott jew għal servizz, inkluż fir-rigward tar-riskju li servizz li jkun mistenni jintuża f’ċertu punt ta’ żmien ma jintużax, bħal vjaġġ bil-ferrovija, abbonament f’ġinnasju jew dħul staġonali fit-teatru, u riskji oħra relatati mal-ivvjaġġar bħall-kanċellazzjoni jew it-telf ta’ bagalji. Madankollu, sabiex ikun żgurat li jkun hemm dejjem livell adegwat ta’ protezzjoni tal-konsumatur abbinat mal-attività ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni, li jeżerċita l-attività ta’ distribuzzjoni permezz ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari eżentat mir-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva, għandu jiżgura li jiġu ssodisfati ċerti rekwiżiti bażiċi, bħall-komunikazzjoni tal-identità tiegħu u l-mod li bih jista’ jsir ilment, u li d-domandi u l-ħtiġijiet tal-konsumatur jiġu kkunsidrati. |
(16) |
Din id-Direttiva għandha tiżgura li japplika l-istess livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur u li l-konsumaturi kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw minn standards komparabbli. Din id-Direttiva għandha tippromwovi kundizzjonijiet indaqs u kompetizzjoni b’termini ugwali bejn l-intermedjarji, kemm jekk ikunu marbuta ma’ impriża tal-assigurazzjoni u kemm jekk le. Ikun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi jekk id-distribuzzjoni tal-prodotti tal-assigurazzjoni ssir permezz ta’ mezzi differenti u permezz ta’ intermedjarji b’forom differenti ta’ kooperazzjoni mal-impriżi tal-assigurazzjoni, sakemm dawn huma obbligati li japplikaw regoli simili għall-protezzjoni tal-konsumaturi. Dawn l-aspetti għandhom jitqiesu mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
(17) |
Din id-Direttiva għandha tqis id-differenzi fit-tipi ta’ mezzi ta’ distribuzzjoni. Għandha pereżempju tqis il-karatteristiċi tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni li għandhom obbligu kuntrattwali li jwettqu negozju ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni esklużivament ma’ impriża tal-assigurazzjoni waħda jew aktar (intermedjarji tal-assigurazzjoni abbinata) li jeżistu f’ċerti swieq tal-Istati Membri, u għandha tistabbilixxi kundizzjonijiet adegwati u proporzjonati applikabbli għat-tipi differenti ta’ distribuzzjoni. B’mod partikulari, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistipulaw li d-distributur tal-assigurazzjoni jew r-riassigurazzjoni responsabbli għall-attività ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari għandu jiżgura li tali intermedjarju jissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni u għandu jirreġistra dak l-intermedjarju. |
(18) |
L-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li huma persuni fiżiċi għandhom ikunu reġistrati mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollhom ir-residenza tagħhom. Fir-rigward ta’ dawk il-persuni li jivvjaġġaw ta’ kuljum bejn l-Istat Membru tar-residenza privata tagħhom u l-Istat Membru minn fejn iwettqu l-attività ta’ distribuzzjoni tagħhom jiġifieri r-residenza professjonali tagħhom, l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu jkun dak tar-residenza professjonali. Dawk l-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li huma persuni ġuridiċi għandhom ikunu reġistrati mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom jew, jekk skont il-liġi nazzjonali tagħhom ma għandhomx uffiċċju reġsutrat, l-uffiċċju ewlieni tagħhom. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jħallu lil korpi oħra jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti fir-reġistrazzjoni u r-regolazzjoni tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni. L-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari għandhom ikunu reġistrati sakemm ikunu jikkonformaw ma’ rekwiżiti professjonali rigorużi b’rabta mal-kompetenza, ir-reputazzjoni tajba, il-kopertura ta’ indemnità professjonali u l-kapaċità finanzjarja tagħhom. L-intermedjarji li diġà huma reġistrati fl-Istati Membri ma għandhomx jiġu rikjesti li jerġgħu jirreġistraw taħt din id-Direttiva. |
(19) |
L-inabbiltà tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni li joperaw liberament mal-Unjoni kollha tostakola l-funzjonament regolari tas-suq intern tal-assigurazzjoni. Din id-Direttiva tirrappreżenta pass importanti lejn livell akbar ta’ protezzjoni tal-konsumatur u integrazzjoni tas-suq. |
(20) |
L-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari għandhom ikunu jistgħu jgawdu mil-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jipprovdu servizzi li huma mnaqqxa fit-TFUE. Skont dan, ir-reġistrazzjoni mal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom għandha tippermetti lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari joperaw fi Stati Membri oħra, skont il-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi, sakemm ikunu ġew segwiti proċeduri adatti ta’ notifika bejn l-awtoritajiet kompetenti. |
(21) |
Sabiex ikun żgurat servizz ta’ kwalità għolja u protezzjoni tal-konsumatur effikaċi, l-Istati Membri ta’ domiċilju u dawk ospitanti għandhom jikkooperaw mill-qrib fl-infurzar tal-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva. Fil-każ fejn l-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari jkollhom negozju fi Stati Membri differenti, skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandu jkun responsabbli li jiżgura l-konformità mal-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva fir-rigward tan-negozju kollu fi ħdan is-suq intern. Jekk l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti ssir taf b’xi ksur ta’ obbligi li qed iseħħ fit-territorju tagħha, din għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, li mbagħad din min-naħa tagħha għandha tkun obbligata tieħu miżuri adegwati. Dan huwa l-każ b’mod partikolari fir-rigward ta’ ksur ta’ regoli dwar ir-reputazzjoni tajba, l-għarfien professjonali u rekwiżiti ta’ kompetenza jew dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet. Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti għandha tkun tista’ tintervjeni, jekk l-Istat Membru tad-domiċilju jonqos milli jieħu miżuri adegwati jew jekk il-miżuri meħuda ma jkunux biżżejjed. |
(22) |
Fil-każ tat-twaqqif ta’ fergħa jew ta’ preżenza permanenti fi Stat Membru ieħor huwa xieraq li r-responsabbiltà għall-infurzar tinqasam bejn l-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti. Filwaqt li r-responsabbiltà għall-konformità mal-obbligi li jaffettwaw in-negozju kollu kemm hu – bħar-regoli dwar ir-rekwiżiti professjonali – għandha tibqa’ tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, taħt l-istess arranġament bħal fil-każ tal-provvista ta’ servizzi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha terfa’ r-responsabbiltà għall-infurzar tar-regoli dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni u l-kondotta tal-operazzjonijiet fir-rigward tas-servizzi pprovduti fit-territorju tiegħu. Madankollu, jekk l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti ssir taf b’xi ksur ta’ obbligi li qed iseħħ fit-territorju tagħha, li fir-rigward tagħhom din id-Direttiva ma tqisx li huma responsabbiltà tal-Istat Membru ospitanti, din għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, li mbagħad din min-naħa tagħha għandha tkun obbligata tieħu miżuri adegwati. Dan huwa l-każ b’mod partikolari fir-rigward ta’ ksur ta’ regoli dwar ir-reputazzjoni tajba, l-għarfien professjonali u rekwiżiti ta’ kompetenza. Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti għandha tkun intitolata tintervjeni, jekk l-Istat Membru tad-domiċilju jonqos milli jieħu miżuri adegwati jew jekk il-miżuri meħuda ma jkunux biżżejjed. |
(23) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-mezzi kollha meħtieġa biex jiżguraw it-twettiq tajjeb tan-negozju minn intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari madwar l-Unjoni, kemm jekk dan jitwettaq skont il-libertà tal-istabbiliment u kemm jekk skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Sabiex tkun żgurata l-effikaċja tas-superviżjoni, l-azzjonijiet kollha li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu proporzjonati skont in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju ta’ distributur partikolari, irrispettivament mill-importanza tad-distributur ikkonċernat għall-istabilità finanzjarja ġenerali tas-suq. |
(24) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punt uniku ta’ informazzjoni li jagħti aċċess għar-reġistri tagħhom għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari. Dak il-punt uniku ta’ informazzjoni għandu jipprovdi wkoll ħolqa elettronika lejn il-websajt ta’ kull awtorità kompetenti rilevanti f’kull Stat Membru. Bil-għan li tittejjeb it-trasparenza u li jiġi ffaċilitat il-kummerċ transkonfinali, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (“EIOPA”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandha tistabbilixxi, tippubblika u taġġorna bażi tad-data elettronika waħdanija, li żżomm rekord ta’ kull intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni u tal-assigurazzjoni anċillari li jkun innotifika l-intenzjoni li jeżerċita l-libertà ta’ stabbiliment tiegħu, jew il-libertà li jipprovdi servizzi. Biex dan ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdi l-informazzjoni rilevanti lill-EIOPA mingħajr dewmien. Il-bażi tad-data għandha tipprovdi hyperlink lejn il-websajt ta’ kull awtorità kompetenti rilevanti f’kull Stat Membru. Kull awtorità kompetenti minn kull Stat Membru għandha tipprovdi, fuq il-websajt tagħha, hyperlink għall-bażi tad-data. |
(25) |
Kull preżenza permanenti ta’ intermedjarju fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li hija ekwivalenti għal fergħa għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħal fergħa, sakemm l-intermedjarju ma jistabbilixxix b’mod leġittimu l-preżenza tiegħu f’forma ġuridika oħra. Dak jista’ jkun il-każ, skont ċirkostanzi ulterjuri, anke fejn il-preżenza ma jkollhiex formalment l-għamla ta’ fergħa, iżda tkun tikkonsisti biss f’uffiċċju mmexxi mill-persunal proprju tal-intermedjarju jew minn persuna indipendenti iżda li jkollha l-awtorità permanenti biex taġixxi bħala intermedjarju bl-istess mod bħal aġenzija. |
(26) |
Għandhom jiġu stipulati biċ-ċar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet relattivi tal-Istati Membri tad-domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti, f’dak li jirrigwarda l-monitoraġġ tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li jkunu rreġistrati minnhom, jew li jeżerċitaw attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni fit-territorju tagħhom stess, b’eżerċizzju tad-drittijiet tal-libertà ta’ stabbiliment jew tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. |
(27) |
Sabiex jiġu ttrattati sitwazzjonijiet li fihom intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari jkun stabbilit fi Stat Membru għall-fini biss li jevita l-osservanza tar-regoli ta’ Stat Membru ieħor li jkun il-post fejn iwettaq l-attività tiegħu kompletament jew prinċipalment, il-possibilità li l-Istat Membru ospitanti jieħu miżuri ta’ prekawzjoni tista’ tikkostitwixxi soluzzjoni adegwata meta l-attività tiegħu tipperikola serjament il-funzjonament regolari tas-suq tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-Istat Membru ospitanti, u din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjeni dan. Madankollu, dawk il-miżuri ma għandhomx jostakolaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment, jew jostakolaw l-aċċess għal attività transkonfinali. |
(28) |
Huwa importanti li jiġi ggarantit livell għoli ta’ professjonaliżmu u kompetenza fost l-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari, kif ukoll fost l-impjegati ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jkunu involuti fl-attivitajiet ta’ qabel, matul u wara l-bejgħ ta’ poloz tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Għaldaqstant, l-għarfien professjonali tal-intermedjarji u tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari, u tal-impjegati ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandu jlaħħaq mal-livell ta’ kumplessità ta’ dawk l-attivitajiet. L-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari għandhom ikunu jafu t-termini u l-kundizzjonijiet tal-poloz li jqassmu u fejn xieraq, ir-regoli dwar it-trattament ta’ pretensjonijiet u lmenti. |
(29) |
Għandu jiġi żgurat li jitkompla t-taħriġ u l-iżvilupp. Tali taħriġ u żvilupp għandu jinkludi tipi differenti ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ iffaċilitat, inklużi korsijiet, tagħlim elettroniku u mentoring. Kwistjonijiet dwar il-forma, is-sustanza u ċ-ċertifikati mitluba jew evidenza adegwata oħra, bħal reġistrazzjoni f’reġistru jew is-suċċess f’eżami għandhom ikunu rregolati mill-Istati Membri. |
(30) |
Ir-rekwiżiti marbuta mal-integrità jikkontribwixxu għal settur tal-assigurazzjoni solidu u affidabbli u għall-objettiv ta’ protezzjoni adegwata għad-detenturi tal-polza. Dawk ir-rekwiżiti jinkludu li wieħed ikollu kondotta kriminali nadifa jew ekwivalenti nazzjonali ieħor fir-rigward ta’ ċerti offiżi bħal offiżi taħt il-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, offiżi li jikkonċernaw id-diżonestà, il-frodi jew reat finanzjarju jew offiżi oħra fil-qafas tal-liġi tal-kumpaniji, il-liġi dwar il-fallimenti jew il-liġi dwar l-insolvenzi. |
(31) |
Bl-istess mod huwa importanti li persuni rilevanti fi ħdan l-istruttura tat-tmexxija ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li huma involuti fid-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, kif ukoll l-impjegati rilevanti ta’ distributur tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni involuti direattament fid-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollhom livell adegwat ta’ għarfien u ta’ kompetenza fir-rigward tal-attività ta’ distribuzzjoni. L-adegwatezza tal-livell ta’ għarfien u ta’ kompetenza għandha tiġi żgurata bl-applikazzjoni ta’ rekwiżiti professjonali u tal-għarfien speċifiċi għal dawk il-persuni. |
(32) |
L-Istati Membri ma għandux ikollhom għalfejn jikkunsidraw lil dawk il-maniġers jew impjegati li mhumiex involuti direttament fid-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bħala persuni rilevanti. Għal dak li jirrigwarda intermedjarji u impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, l-impjegati kollha involuti direttament fl-attività ta’ distribuzzjoni għandhom ikunu mistennija jkollhom livell adegwat ta’ għarfien u ta’ kompetenza b’ ċerti eċċezzjonijiet, pereżempju għal dawk li għandhom unikament kompiti amministrattivi. Għal dak li jirrigwarda intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari, tal-anqas il-persuni responsabbli għad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni anċillari għandhom jitqiesu fost l-impjegati rilevanti li mistennija jkollhom livell adegwat ta’ għarfien u ta’ kompetenza. Fejn d-distributur tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jkun persuna ġuridika, il-persuni fi ħdan l-istruttura ta’ tmexxija inkarigati li jwettqu politiki u proċeduri relatati mal-attività ta’ distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandhom ukoll jikkonformaw ma’ rekwiżiti ta’ għarfien u ta’ kompetenza adegwati. Għal dak il-fini, il-persuna li tkun responsabbli għall-attività ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi ħdan l-intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni anċillari għandha dejjem tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ għarfien u ta’ kompetenza. |
(33) |
Għal dak li jirrigwarda intermedjarji tal-assigurazzjoni u impriżi tal-assigurazzjoni li jbigħu prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni lil klijenti bl-imnut jew li jipprovdu konsulenza dwarhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn ikollhom livell adegwat ta’ għarfien u ta’ kompetenza fir-rigward tal-prodotti li qed joffru. Tali għarfien u kompetenza huma partikolarment importanti minħabba l-kumplessità akbar u l-innovazzjoni kontinwa fit-tfassil ta’ prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni. Ix-xiri ta’ prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jimplika riskju u l-investituri jeħtieġ li jkunu jistgħu jserrħu fuq l-informazzjoni u l-kwalità tal-valutazzjonijiet mogħtija. Barra minn hekk, l-impjegati għandhom jingħataw żmien u riżorsi adegwati biex ikunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti lill-klijenti dwar il-prodotti li huma jipprovdu. |
(34) |
Il-koordinazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ħtiġijiet professjonali u r-reġistrazzjoni ta’ persuni li jibdew u jsegwu l-attività ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni tista’ tikkontribwixxi kemm għall-kompletezza tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji u t-tkabbir fil-valur tal-protezzjoni tal-konsumatur f’dan il-qasam. |
(35) |
Sabiex jittejjeb il-kummerċ transkonfinali, għandhom jiddaħħlu prinċipji li jirregolaw ir-rikonoxximent reċiproku tal-għarfien u l-kapaċitajiet tal-intermedjarji. |
(36) |
Minkejja s-sistemi eżistenti ta’ passaporti uniċi għall-assiguraturi u għall-intermedjarji, is-suq tal-assigurazzjoni fl-Unjoni għadu frammentat ħafna. Sabiex jiġi ffaċilitat in-negozju transkonfinali, u sabiex tissaħħaħ it-trasparenza għall-klijenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tar-regoli “ta’ interess ġenerali” applikabbli fit-territorji tagħhom, u għandu jsir pubblikament disponibbli reġistru elettroniku uniku, b’informazzjoni dwar ir-regoli “ta’ interess ġenerali” li jkunu applikabbli għad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fl-Istati Membri kollha. |
(37) |
Il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti huma essenzjali biex jipproteġu lill-klijent u jiżguraw il-kundizzjoni soda tan-negozju tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fis-suq intern. B’mod partikulari għandu jitħeġġeġ l-iskambju ta’ informazzjoni, kemm fil-proċess ta’ reġistrazzjoni u kemm fuq bażi kontinwa, b’referenza għal informazzjoni li tikkonċerna r-reputazzjoni tajba u l-kompetenza professjonali u l-għarfien ta’ persuni responsabbli li jeżerċitaw l-attività ta’ distributur tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. |
(38) |
Hemm il-ħtieġa għal proċeduri adattati u effettivi ta’ lment u rimedju barra mill-qorti fl-Istati Membri, sabiex jiġi solvut tilwim bejn id-distributuri tal-assigurazzjoni u l-klijenti, bl-użu, fejn xieraq, tal-proċeduri eżistenti. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu disponibbli sabiex jiġi ttrattat tilwim fir-rigward ta’ drittijiet u obbligi skont din id-Direttiva. Tali proċeduri ta’ lment u rimedju barra mill-qorti għandhom ifittxu li jiksbu soluzzjoni iktar rapida u inqas għalja tat-tilwim bejn id-distributuri tal-assigurazzjoni u l-klijenti. |
(39) |
Il-firxa dejjem tikber tal-attivitajiet li jeżerċitaw ħafna intermedjarji u impriżi tal-assigurazzjoni b’mod simultanju żiedet il-potenzjal għall-kunflitti ta’ interess bejn dawn l-attivitajiet differenti u l-interessi tal-klijenti tagħhom. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġu pprovduti regoli li jiżguraw li tali kunflitti ta’ interess ma jolqtux ħażin l-interessi tal-klijenti tagħhom. |
(40) |
Il-klijenti għandhom jingħataw informazzjoni ċara minn qabel dwar l-istatus tal-persuni li jbigħu prodotti tal-assigurazzjoni, kif ukoll dwar it-tip ta’ rimunerazzjoni li dawk il-persuni jirċievu. Tali informazzjoni għandha tingħata lill-klijent fl-istadju ta’ qabel l-iffirmar tal-kuntratt. L-għan ta’ din l-informazzjoni huwa li turi r-rabta bejn l-impriża tal-assigurazzjoni u l-intermedjarju, fejn rilevanti, u li turi wkoll it-tip ta’ rimunerazzjoni tal-intermedjarji. |
(41) |
Sabiex klijent jiġi pprovdut b’informazzjoni dwar is-servizzi pprovduti ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni, irrispettivament jekk il-klijent jixtrix permezz ta’ intermedjarju jew direttament minn impriża tal-assigurazzjoni, u sabiex jiġi evitat tgħawwiġ tal-kompetizzjoni billi l-impriżi tal-assigurazzjoni jkunu mħeġġa jbigħu direttament lill-klijenti flok permezz ta’ intermedjarji biex jevitaw dawk ir-rekwiżiti ta’ għoti ta’ informazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom ikunu obbligati wkoll li jipprovdu, lill-klijenti li jittrattaw magħhom, informazzjoni dwar in-natura tar-rimunerazzjoni li jirċievu l-impjegati tagħhom għall-bejgħ ta’ prodotti tal-assigurazzjoni. |
(42) |
L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u l-impriżi tal-assigurazzjoni huma suġġetti għal rekwiżiti uniformi fid-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Minbarra l-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi pprovduta fil-forma ta’ dokument b’informazzjoni ewlenija, id-distributuri ta’ prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni għandhom jipprovdu informazzjoni addizzjonali li tagħti dettalji dwar kull spiża ta’ distribuzzjoni li ma tkunx diġà inkluża mal-ispejjeż speċifikati fid-dokument b’informazzjoni ewlenija, biex b’hekk il-klijent ikun jista’ jifhem l-effett kumulattiv li għandhom dawk l-ispejjeż aggregati fuq il-qligħ tal-investiment. Għaldaqstant din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar l-għoti ta’ informazzjoni b’rabta mal-ispejjeż tas-servizz ta’ distribuzzjoni relatati mal-prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni inkwistjoni. |
(43) |
Billi din id-Direttiva timmira li ssaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumaturi, uħud mid-dispożizzjonijiet tagħha huma applikabbli biss għal relazzjonijiet “min-negozju għall-konsumatur”, speċjalment dawk li jirregolaw ir-regoli dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ta’ bejjiegħa oħra ta’ prodotti tal-assigurazzjoni. |
(44) |
Biex jiġu evitati każijiet ta’ bejgħ ħażin, il-bejgħ ta’ prodotti tal-assigurazzjoni għandu jiġi akkumpanjat dejjem b’test bid-domandi u l-ħtiġijiet abbażi tal-informazzjoni miksuba mill-konsumatur. Kull prodott tal-assigurazzjoni propost lill-klijent għandu jkun dejjem konsistenti mad-domandi u l-ħtiġijiet tal-klijent u jkun preżentat f’forma li tinftiehem biex il-klijent ikun jista’ jieħu deċiżjoni infurmata. |
(45) |
Fejn parir jingħata qabel il-bejgħ ta’ prodott tal-assigurazzjoni, minbarra d-dmir li jiġu speċifikati d-domandi u l-ħtiġijiet tal-klijenti, għandha tiġi pprovduta rakkomandazzjoni personalizzata lill-klijent li tispjega għalfejn prodott partikolari jissodisfa aħjar id-domandi u l-ħtiġijiet tal-assigurazzjoni tal-klijent. |
(46) |
L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-politiki tad-distributuri tal-assigurazzjoni dwar ir-rimunerazzjoni fir-rigward tal-impjegati jew ir-rappreżentanti tagħhom ma jdgħajfux l-abilità tagħhom li jaġixxu fl-aħjar interess tal-klijenti jew iżommuhom milli jagħtu rakkomandazzjoni adegwata jew jippreżentaw informazzjoni f’forma ġusta, ċara u li ma tqarraqx. Ir-rimunerazzjoni bbażata fuq il-miri tal-bejgħ ma għandhiex isservi ta’ inċentiv biex wieħed jirrakkomanda prodott partikolari lill-klijent. |
(47) |
Huwa essenzjali li l-klijenti jkunu jafu jekk humiex qed jittrattaw ma’ intermedjarju li jagħti parir ibbażat fuq analiżi ġusta u personali. Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għadd ta’ kuntratti u fornituri kkunsidrati mill-intermedjarju huwiex kbir biżżejjed għal analiżi ġusta u personali, għandhom jiġu kkunsidrati adegwatament fost oħrajn, il-ħtiġijiet tal-klijent, l-għadd ta’ fornituri fis-suq, is-sehem fis-suq ta’ dawk il-fornituri, l-għadd ta’ prodotti tal-assigurazzjoni rilevanti disponibbli minn kull fornitur, u l-karatteristiċi ta’ dawk il-prodotti. Din id-Direttiva ma għandhiex iżżomm lill-Istati Membri milli jimponu r-rekwiżit li intermedjarju tal-assigurazzjoni li jixtieq jagħti parir abbażi ta’ analiżi ġusta u personali fuq kuntratt tal-assigurazzjoni jagħti tali parir dwar il-kuntratti tal-assigurazzjoni kollha li tali intermedjarju tal-assigurazzjoni jqassam. |
(48) |
Qabel ma jiġi ffirmat kuntratt, inkluż fil-każ ta’ bejgħ li jsir mingħajr konsulenza, il-klijent għandu jingħata l-informazzjoni rilevanti dwar il-prodott ta’ assigurazzjoni, sabiex il-klijent ikun jista’ jieħu deċiżjoni infurmata. Dokument ta’ informazzjoni dwar prodott tal-assigurazzjoni għandu jipprovdi informazzjoni standardizzata dwar prodotti tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja. Dan għandu jitfassal mill-impriża tal-assigurazzjoni rilevanti jew, f’dawk l-Istati Membri kkonċernati, mill-intermedjarju tal-assigurazzjoni li jipproduċi l-prodott tal-assigurazzjoni. L-intermedjarju tal-assigurazzjoni għandu jispjega lill-klijent l-elementi ewlenin tal-prodotti tal-assigurazzjoni li jbigħ u l-persunal tiegħu għandu għalhekk jingħata riżorsi u żmien xierqa biex jagħmel dan. |
(49) |
Fil-każ ta’ assigurazzjoni ta’ grupp, “klijent” għandha tfisser ir-rappreżentant ta’ grupp ta’ membri li jikkonkludi kuntratt tal-assigurazzjoni f’isem grupp ta’ membri, f’każ fejn il-membru individwali ma jistax jieħu deċiżjoni individwali biex ikun parti minnu, bħal pereżempju arranġament ta’ pensjoni tax-xogħol obbligatorju. Ir-rappreżentant tal-grupp wara r-reġistrazzjoni tal-membru fl-assigurazzjoni ta’ grupp għandu jipprovdi fil-pront, fejn rilevanti, id-dokument ta’ informazzjoni dwar il-prodott tal-assigurazzjoni u informazzjoni dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet tad-distributur. |
(50) |
Għandhom jiġu stipulati regoli uniformi biex jagħtu lill-klijent l-għażla tal-mezz li bih jiġi pprovdut informazzjoni, bl-użu permess ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fejn xieraq fir-rigward taċ-ċirkustanzi tat-tranżazzjoni. Madankollu, il-klijent għandha tingħatalu l-għażla li jirċievi l-informazzjoni fuq il-karta. Fl-interess tal-aċċess tal-klijent għall-informazzjoni, kull informazzjoni ta’ qabel l-iffirmar tal-kuntratt għandha tkun aċċessibbli mingħajr ħlas. |
(51) |
Hemm anqas ħtieġa li jiġi rikjest li tingħata tali informazzjoni meta l-klijent ikun qed ifittex kopertura ta’ riassigurazzjoni jew assigurazzjoni għal riskji kummerċjali u industrijali, jew għall-fini biss ta’ distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni, meta l-klijent ikun klijent professjonali kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE. |
(52) |
Din id-Direttiva għandha tispeċifika l-obbligi minimi tad-distributuri tal-assigurazzjoni fil-provvista ta’ informazzjoni lill-klijenti. Stat Membru għandu jkun kapaċi jżomm jew jadotta dispożizzjonijiet aktar stretti fil-qasam tad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni li jistgħu jiġu imposti fuq distributuri tal-assigurazzjoni indipendentement mid-dispożizzjonijiet tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom fejn tali distributuri ikunu qed iwettqu attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni fit-territorju tal-Istati Membri, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet aktar stretti jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, inkluża d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Stat Membru li jipproponi li japplika, u li fil-fatt japplika, dispożizzjonijiet li jirregolaw lid-distributuri tal-assigurazzjoni u l-bejgħ tal-prodotti ta’ assigurazzjoni apparti dawk id-dispożizzjonijiet diġà stipulati f’din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li l-piż amministrattiv li jitnissel minn dawk id-dispożizzjonijiet ikun proporzjonali fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumaturi u jibqa’ limitat. |
(53) |
Il-prattiki ta’ bejgħ inkroċjat huma strateġija komuni użata mid-distributuri tal-assigurazzjoni madwar l-Unjoni. Jistgħu jipprovdu benefiċċji lill-klijenti, iżda jistgħu wkoll jirrappreżentaw prattiki fejn l-interessi tal-klijenti mhumiex meqjusa kif xieraq. Din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjeni d-distribuzzjoni ta’ poloz tal-assigurazzjoni li jkopru diversi riskji. |
(54) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw il-bejgħ inkroċjat ma għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni li tipprevedi regoli applikabbli għall-prattiki ta’ bejgħ inkroċjat fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti jew servizzi. |
(55) |
Sabiex ikun żgurat li l-prodotti tal-assigurazzjoni jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq fil-mira, l-impriżi tal-assigurazzjoni u, fl-Istati Membri fejn, intermedjarji tal-assigurazzjoni jipproduċu prodotti tal-assigurazzjoni għall-bejgħ lill-klijenti, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni għandhom iżommu, joperaw, u jirrevedu proċess ta’ approvazzjoni għal kull prodott tal-assigurazzjoni. Fil-każ fejn distributur tal-assigurazzjoni jipproponi, jew jagħti parir dwar, prodotti tal-assigurazzjoni li ma jipproduċix hu stess, fi kwalunkwe każ huwa għandu jkun kapaċi jifhem il-karatteristiċi u s-suq fil-mira identifikat ta’ dawk il-prodotti. Din id-Direttiva ma għandhiex tillimita l-varjetà u l-flessibbiltà tal-approċċi li jużaw l-impriżi biex jiżviluppaw prodotti ġodda. |
(56) |
Prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni ta’ sikwit isiru disponibbli għall-klijenti bħala alternattivi jew sostituti potenzjali għall-prodotti ta’ investiment soġġetti għad-Direttiva 2014/65/UE. Sabiex tingħata protezzjoni konsistenti tal-investituri, u sabiex jiġi evitat ir-riskju tal-arbitraġġ regolatorju, huwa importanti li l-prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jkunu soġġetti, apparti standards tal-kondotta tal-operazzjonijiet definiti għall-prodotti tal-assigurazzjoni kollha, għal standards speċifiċi mmirati li jindirizzaw l-element ta’ investiment li fihom dawn il-prodotti. Tali standards speċifiċi għandhom jinkludu l-provvista ta’ informazzjoni adatta, rekwiżiti għall-adegwatezza tal-konsulenza u restrizzjonijiet fuq ir-rimunerazzjoni. |
(57) |
Sabiex ikun żgurat li kull tariffa jew kummissjoni jew kwalunkwe benefiċċju mhux fi flus b’rabta mad-distribuzzjoni ta’ prodott ta’ investiment fl-assigurazzjoni mħallsa lil kwalunkwe parti jew minn kwalunkwe parti ħlief il-klijent jew persuna f’isem il-klijent, ma jkollhomx impatt negattiv fuq il-kwalità tas-servizz rilevanti lill-konsumatur, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu jistabbilixxi arranġamenti adegwati u proporzjonali sabiex jiġi evitat tali impatt detrimentali. Għal dak il-għan, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu jiżviluppa, jadotta u jirrevedi regolarment il-politiki u l-proċeduri relatati mal-kunflitti ta’ interess, u dan sabiex jevita kull impatt detrimentali fuq il-kwalità tas-servizz rilevanti lill-klijent u biex jiżgura li l-klijent ikun infurmat adegwatament dwar it-tariffi, il-kummissjonijiet jew il-benefiċċji. |
(58) |
Sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva min-naħa ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u persuni li jwettqu d-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni, u sabiex jiġi żgurat li l-istess impriżi u persuni jkunu soġġetti għal trattament indaqs mal-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jipprovdu għal sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Saret reviżjoni tas-setgħat eżistenti u tal-applikazzjoni prattika tagħhom, bil-għan li tinġieb ‘il quddiem il-konverġenza tas-sanzjonijiet u ta’ miżuri oħra fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010 dwar rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Għaldaqstant, is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri l-oħra stipulati mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali b’rabta mad-destinatarji, ma’ kriterji li għandhom jitqiesu fl-applikazzjoni ta’ sanzjoni jew miżura oħra, u mal-pubblikazzjoni. |
(59) |
Għalkemm l-Istati Membri mhumiex preklużi milli jistabbilixxu regoli għal sanzjonijiet amministrattivi u kriminali dwar l-istess ksur, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa jistabbilixxu regoli għal sanzjonijiet amministrattivi għall-ksur ta’ din id-Direttiva li huma soġġetti għal-liġi kriminali nazzjonali. F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri mhumiex obbligati jimponu sanzjonijiet amministrattivi kif ukoll kriminali għall-istess reat, iżda għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan jekk il-liġi nazzjonali tagħhom tippermetti dan. Madankollu, iż-żamma ta’ sanzjonijiet kriminali minflok sanzjonijiet amministrattivi għall-ksur ta’ din id-Direttiva ma għandhiex tnaqqas jew taffettwa b’xi mod ieħor il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jikkooperaw, jaċċessaw u jiskambjaw informazzjoni fil-ħin mal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, inkluż wara kwalunkwe riferiment tal-ksur rilevanti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għall-prosekuzzjoni kriminali. |
(60) |
B’mod partikulari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat li jimponu sanzjonijiet pekunarji li jkunu għolja biżżejjed biex jibbilanċjaw il-profitti reali jew potenzjali, u li jkunu dissważivi anki għall-istituzzjonijiet il-kbar u l-mexxejja tagħhom. |
(61) |
Sabiex tingħata protezzjoni konsistenti għall-investitur u jiġi evitat ir-riskju ta’ arbitraġġ regolatorju, huwa importanti li fil-każ ta’ ksur relatat mad-distribuzzjoni ta’ prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri l-oħra stabbiliti mill-Istati Membri ikunu allinjati ma’ dawk stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1286/2014. |
(62) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ sanzjonijiet fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiġi ddeterminat it-tip ta’ sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri oħra u l-livell tas-sanzjonijiet amministrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti jqisu ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti. |
(63) |
Sabiex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet dwar ksur min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti jkollhom effett dissważiv fuq il-pubbliku ġenerali, u sabiex tixxandar informazzjoni lill-parteċipanti tas-suq dwar l-imġiba kkunsidrata li tolqot ħażin lill-klijenti, dawk id-deċiżjonijiet għandhom ikunu ppubblikati, bil-kundizzjoni li l-perjodu ta’ żmien sabiex wieħed iressaq appell ikun għadda u ma jkunx tressaq appell, sakemm tali żvelar ma jipperikolax l-istabbilità tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni li tkun għaddejja. Fil-każ fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi l-pubblikazzjoni ta’ sanzjoni jew miżura oħra li hija suġġetta għal appell, tali informazzjoni, kif ukoll l-eżitu tal-appell, għandhom ukoll jiġu ppubblikati mingħajr dewmien żejjed. Fi kwalunkwe każ, jekk il-pubblikazzjoni ta’ sanzjoni jew miżura oħra tkun tikkaġuna ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti, l-awtorità kompetenti għandha tkun tista’ tiddeċiedi li ma tippubblikax is-sanzjonijiet jew miżuri oħrajn jew li tippubblikahom b’mod anonimu. |
(64) |
Sabiex jinqabdu l-każijiet potenzjali ta’ ksur, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat investigatorji meħtieġa, u għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effikaċi biex jippermettu r-rappurtar tal-ksur potenzjali jew li tabilħaqq isir. |
(65) |
Din id-Direttiva għandha tirreferi kemm għal sanzjonijiet amministrattivi kif ukoll għal miżuri oħra, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħhom bħala sanzjoni jew miżura oħra skont il-liġi nazzjonali. |
(66) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni fil-liġijiet tal-Istati Membri f’dak li jirrigwarda r-reati kriminali. |
(67) |
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati f’din id-Direttiva, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni, f’dak li jirrigwarda is-sorveljanza tal-prodotti u r-rekwiżiti ta’ governanza għall-prodotti kollha, kif ukoll, f’dak li jirrigwarda d-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, il-kundizzjonijiet li skonthom jistgħu jitħallsu jew jinkisbu inċentivi, u l-valutazzjoni tal-konvenjenza u l-adegwatezza. Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fuq il-livell ta’ esperti. Meta tasal biex tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, xierqa u f’waqtha tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(68) |
L-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw armonizzazzjoni konsistenti u protezzjoni xierqa tal-konsumaturi mal-Unjoni kollha. Billi l-EIOPA hija entità b’kompetenza esperta mill-iktar speċjalizzata, din tista’ tiġi fdata esklużivament bil-formulazzjoni ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u implimentattivi li ma jeħtieġux għażliet ta’ politika, sabiex jitressqu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(69) |
Skont il-Ftehim Komuni dwar l-atti delegati bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, mingħajr preġudizzju għar-reviżjoni ulterjuri tiegħu, il-Kummissjoni għandha tqis il-perjodu ta’ oġġezzjoni kif ukoll il-proċeduri tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data ta’ trażmissjoni tal-att delegat. Barra minn hekk, skont il-Ftehim Komuni dwar l-atti delegati, mingħajr preġudizzju għar-reviżjoni ulterjuri tiegħu u, fejn applikabbli r-Regolament (UE) Nru 1094/2010, għandhom jiġu żgurati trasparenza adegwata u kuntatti xierqa mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill qabel l-adozzjoni tal-att delegat. |
(70) |
Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) għandhom jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-EIOPA fil-qafas ta’ din id-Direttiva, taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. |
(71) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif inhi mnaqqxa fit-Trattati. |
(72) |
Din id-Direttiva ma għandhiex tkun wisq ta’ piż għad-distributuri tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni żgħar u ta’ daqs medju. Waħda mill-għodod li biha jista’ jinkiseb dak l-objettiv hija l-applikazzjoni xierqa tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Dak il-prinċipju għandu japplika kemm għar-rekwiżiti imposti fuq id-distributuri tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni kif ukoll għall-eżerċitar tas-setgħat superviżorji. |
(73) |
Reviżjoni ta’ din id-Direttiva għandha ssir ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, sabiex tqis l-iżviluppi tas-suq u żviluppi f’oqsma oħra tal-liġi tal-Unjoni, jew esperjenzi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikulari fir-rigward ta’ prodotti koperti mid-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
(74) |
Id-Direttiva 2002/92/KE għandha titħassar 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Madankollu l-Kapitolu IIIA tad-Direttiva 2002/92/KE għandu jitħassar b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. |
(75) |
L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostanzjali tad-Direttiva 2002/92/KE. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jirriżulta minn dik id-Direttiva. |
(76) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 2002/92/KE. |
(77) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fit-23 ta’ Novembru 2012 (11). |
(78) |
Peress li l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala tagħha, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformita’ mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
(79) |
Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni, l-Istati Membri ntrabtu li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis ġustifikata t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tippreskrivi r-regoli dwar il-bidu u t-twettiq tal-attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fl-Unjoni.
2. Din id-Direttiva tapplika għal kull persuna fiżika jew ġuridika li hija stabbilita fi Stat Membru jew li tixtieq tistabbilixxi ruħha hemm sabiex tibda jew twettaq id-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.
3. Din id-Direttiva ma tapplikax għal intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li jeżerċitaw attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
l-assigurazzjoni hija komplimentarja għall-prodott jew is-servizz ipprovdut minn fornitur, fejn dik l-assigurazzjoni tkopri:
|
(b) |
l-ammont tal-primjum imħallas għall-prodott tal-assigurazzjoni ma jaqbiżx EUR 600 ikkalkulat pro-rata fuq bażi annwali; |
(c) |
b’deroga mill-punt (b), meta l-assigurazzjoni hija komplementari għal servizz imsemmi fil-punt (a) u t-tul ta’ dak is-servizz huwa ta’ tliet xhur, jew inqas, l-ammont tal-primjum imħallas għal kull persuna ma jaqbiżx EUR 200. |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-eżerċizzju tal-attività ta’ distribuzzjoni permezz ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari li huwa eżenti mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva skont il-paragrafu 3, l-impriża tal-assigurazzjoni jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jiżgura li:
(a) |
il-klijent jingħata informazzjoni, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, dwar l-identità u l-indirizz tiegħu u dwar il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 14, biex b’hekk il-klijenti u partijiet interessati oħra jkunu jistgħu jagħmlu lment; |
(b) |
ikun hemm arranġamenti adegwati u proporzjonati biex ikun hemm konformità mal-Artikoli 17 u 24 u biex jitqiesu d-domandi u l-ħtiġijiet tal-klijent qabel ma ssir il-proposta għall-kuntratt; |
(c) |
id-dokument ta’ informazzjoni dwar il-prodott ta’ assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 20(5) ikun ipprovdut lill-klijent qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt. |
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw is-suq, inkluż is-suq għall-prodotti ta’ assigurazzjoni anċillari li huma kummerċjalizzati, imqassma jew mibjugħa, fl-Istat Membru tagħhom, jew minnu. L-EIOPA tista’ tiffaċilita jew tikkoordina tali monitoraġġ.
6. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni pprovduti b’rabta ma’ riskji u impenji li jinsabu barra l-Unjoni.
Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni segwita minn impriżi jew intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni stabbiliti f’pajjiż terz u li joperaw fit-territorju tiegħu skont il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, dejjem jekk jiġi garantit trattament indaqs għall-persuni kollha li jeżerċitaw jew li jkunu awtorizzati li jeżerċitaw attivitajiet ta’ distribuzzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni f’dak is-suq.
Din id-Direttiva ma għandhiex tirregola attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni imwettqa f’pajjiżi terzi.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diffikultà ġenerali li jiltaqgħu magħha d-distributuri tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tagħhom meta jistabbilixxu ruħhom jew iwettqu l-attivitajiet tagħhom ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi kwalunkwe pajjiż terz.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
(1) |
“distribuzzjoni tal-assigurazzjoni” tfisser l-attivitajiet ta’ konsulenza, proposti jew it-twettiq ta’ xogħol ieħor preparatorju għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni, ta’ konklużjoni ta’ tali kuntratti, jew ta’ għajnuna fl-amministrazzjoni jew prestazzjoni ta’ dawk il-kuntratti, b’mod partikolari fil-każ ta’ pretensjoni, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni li tikkonċerna kuntratt tal-assigurazzjoni wieħed jew aktar skont il-kriterji magħżula mill-klijenti permezz ta’ websajt jew tip ieħor ta’ midja u l-kompilazzjoni ta’ lista tal-klassifika ta’ prodotti tal-assigurazzjoni, inkluż tqabbil bejn il-prezzijiet u bejn il-prodotti, jew tnaqqis fil-prezz ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, meta l-klijent ikun jista’ jikkonkludi direttament jew indirettament kuntratt tal-assigurazzjoni bl-użu ta’ websajt jew tip ieħor ta’ midja; |
(2) |
“distribuzzjoni tar-riassigurazzjoni” tfisser l-attivitajiet ta’ konsulenza, proposti jew twettiq ta’ xogħol ieħor preparatorju għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni, ta’ konklużjoni ta’ tali kuntratti, jew ta’ għajnuna fil-ġestjoni u l-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti, b’mod partikolari fil-każ ta’ pretensjoni, inkluż meta mwettqa minn impriża tar-riassugurazzjoni mingħajr l-intervent ta’ intermedjarju tar-riassigurazzjoni; |
(3) |
“intermedjarju tal-assigurazzjoni” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika għajr impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew l-impjegati tagħhom u li ma tkunx intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari, li għal fini ta’ rimunerazzjoni tibda jew twettaq attività ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni; |
(4) |
“intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika, għajr istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment kif definiti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), li għal fini ta’ rimunerazzjoni tibda jew twettaq attività ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni fuq bażi anċillari, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin;
|
(5) |
“intermedjarju tar-riassigurazzjoni” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika, għajr impriża tar-riassigurazzjoni jew l-impjegati tagħha, li, bi ħlas, tibda jew issegwi l-attività ta’ distribuzzjoni tar-riassigurazzjoni; |
(6) |
“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża kif definita fl-Artikolu 13, il-punt 1 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13); |
(7) |
“impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni kif definita fl-Artikolu 13, il-punt 4 tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(8) |
“distributur tal-assigurazzjoni” tfisser kull intermedjarju tar-riassigurazzjoni, intermedjarju tar-riassigurazzjoni anċillari jew impriża tal-assigurazzjoni; |
(9) |
“rimunerazzjoni” tfisser kull kummissjoni, tariffa, imposta jew ħlas ieħor, inkluż kwalunkwe tip ta’ benefiċċju ekonomiku jew vantaġġ jew inċentiv finanzjarju u mhux finanzjarju ieħor, li jiġi offrut jew jingħata fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni; |
(10) |
“Stat Membru tad-domiċilju” tfisser:
|
(11) |
“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru li fih intermedjarju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollu preżenza jew stabbiliment permanenti jew jipprovdi servizzi, u li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu; |
(12) |
“fergħa” tfisser aġenzija jew fergħa ta’ intermedjarju li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru għajr l-Istat Membru tad-domiċilju; |
(13) |
“rabtiet mill-qrib” tfisser rabtiet mill-qrib kif definita fl-Artikolu 13, il-punt 17 tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(14) |
“post ewlieni tan-negozju” tfisser il-post mnejn jiġi ġġestit in-negozju ewlieni; |
(15) |
“konsulenza” tfisser l-għoti ta’ rakkomandazzjoni personali lil klijent, jew fuq talba tiegħu jew b’inizjattiva tad-distributur tal-assigurazzjoni, fir-rigward ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni wieħed jew aktar; |
(16) |
“riskji kbar” tfisser riskji kbar kif definit fl-Artikolu 13, il-punt 27 tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(17) |
“prodott ta’ investiment fl-assigurazzjoni” tfisser prodott tal-assigurazzjoni li joffri valur ta’ maturità jew ta’ ċessjoni u fejn il-valur ta’ maturità jew ta’ ċessjoni ikun espost kompletament jew parzjalment, b’mod dirett jew indirett għal varjazzjonijiet fis-suq, u li ma jinkludix:
|
(18) |
“mezz durabbli” tfisser kwalunkwe strument li:
|
2. Għall-finijiet tal-punti (1) u (2) tal-paragrafu 1, dan li ġej ma għandux jitqies li jikkostitwixxi distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew distribuzzjoni tar-riassigurazzjoni:
(a) |
l-għoti ta’ informazzjoni fuq bażi inċidentali fil-kuntest ta’ attività oħra professjonali fejn:
|
(b) |
il-ġestjoni tal-pretensjonijiet ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ta’ impriża tar-riassigurazzjoni fuq bażi professjonali, u l-aġġustament tat-telf u l-valutazzjoni esperta tal-pretensjonijiet; |
(c) |
is-sempliċi provvista ta’ data u informazzjoni dwar detenturi potenzjali ta’ poloz lil intermedjarji tal-assigurazzjoni, intermedjarji tar-riassigurazzjoni, impriżi tal-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni, fejn il-fornitur ma jieħu l-ebda pass addizzjonali sabiex jassisti fil-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni; |
(d) |
is-sempliċi għoti ta’ informazzjoni dwar prodotti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, intermedjarju tal-assigurazzjoni, intermedjarju tar-riassigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni lil detenturi potenzjali ta’ poloz, fejn il-fornitur ma jieħu l-ebda pass addizzjonali sabiex jassisti fil-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jew kuntratt tar-riassigurazzjoni. |
KAPITOLU II
REKWIŻITI TA’ REĠISTRAZZJONI
Artikolu 3
Reġistrazzjoni
1. L-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari għandhom ikunu rreġistrati ma’ awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom.
L-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tagħhom, ma għandhomx jiġu mitluba jirreġistraw taħt din id-Direttiva.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-intermedjarji u korpi oħra jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti fir-reġistrazzjoni ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u intermedjarji fl-assigurazzjoni anċillari u fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10.
B’mod partikolari, intermedjarji tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni oħra jistgħu jkunu reġistrati minn impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, minn intermedjarju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, jew minn assoċjazzjoni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, jew intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni taħt is-superviżjoni ta’ awtorità kompetenti.
Intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari jista’ jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, jew intermedjarju ieħor. F’dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju ieħor għandu r-responsabbiltà jiżgura li l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari jissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni, inklużi l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragafu 6.
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw ukoll li l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju ieħor li huwa responsabbli għall-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari jirreġistra lil dak l-intermedjarju jew intermedjarju anċillari.
L-Istati Membri mhumiex meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu lill-persuni kollha fiżiċi li jaħdmu f’intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari, u li jwettqu l-attività ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri jispeċifikaw l-ismijiet tal-persuni fiżiċi fi ħdan l-amministrazzjoni tad-distributur tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li huma responsabbli għad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.
Ir-reġistri għandhom jindikaw ukoll l-Istati Membri li fihom l-intermedjarju jwettaq in-negozju tiegħu skont ir-regoli tal-libertà ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.
2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu aktar minn reġistru wieħed għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari sakemm jippreskrivu l-kriterji li skonthom l-intermedjarji għandhom ikunu reġistrati.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ reġistrazzjoni onlajn. Dik is-sistema għandha tkun faċilment aċċessibbli u għandha tippermetti li l-formola ta’ reġistrazzjoni tkun tista’ timtela direttament onlajn.
3. Fil-każ li jkun hemm aktar minn reġistru wieħed fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi punt ta’ informazzjoni uniku li jippermetti aċċess faċli u ta’ malajr għall-informazzjoni minn dawk ir-reġistri, li għandhom ikunu kompilati elettronikament u miżmuma aġġornati. Il-punt ta’ informazzjoni għandu jipprovdi wkoll id-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.
4. L-EIOPA għandha tistabbilixxi, tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha, u żżomm aġġornat reġistru elettroniku uniku li jiġbor rekords tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li jkunu nnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jeżerċitaw negozju transkonfinali skont il-Kapitolu III. Biex dan ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-EIOPA fil-pront. Ir-reġistru għandu jkollu links għall-websajts tal-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru, u għandu jkun aċċessibbli minn dawk il-websajts.
L-EIOPA għandu jkollha d-dritt ta’ aċċess għad-data maħżuna fir-reġistru imsemmi fl-ewwel subparagrafu. L-EIOPA u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt jimmodifikaw tali data. Is-suġġetti tad-data li d-dettalji personali tagħhomhuma maħżuna fir-reġistru u skambjati għandu jkollhom id-dritt ta’ aċċess għal tali data maħżuna u d-dritt li jkunu infurmati b’mod xieraq.
L-EIOPA għandha tistabbilixxi websajt b’hyperlinks għal kull punt uniku ta’ informazzjoni jew, fejn applikabbli, reġistru stabbilit mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3.
L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari tkun soġġetta għall-konformità mar-rekwiżiti stipulatii fl-Artikolu 10.
Il-validità tar-reġistrazzjoni għandha tkun soġġetta għal reviżjoni regolari mill-awtorità kompetenti.
L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari li jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10 jitneħħew mir-reġistru. Fejn applikabbli, l-Istat Membru tad-domiċilju għandu jinforma lill-Istat Membru ospitanti b’dik it-tneħħija.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet mingħand intermedjarji għall-inklużjoni fir-reġistru jiġu ttrattati fi żmien tliet xhur mit-tressiq ta’ applikazzjoni kompluta, u li l-applikant jiġi nnotifikat bid-deċiżjoni mingħajr dewmien.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha li ġejja tintalab bħala kundizzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari:
(a) |
l-identità tal-azzjonisti jew tal-membri, ikunux persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjoni fl-intermedjarju li jaqbeż l-10 %, u l-ammonti ta’ dawk il-parteċipazzjonijiet; |
(b) |
l-identità ta’ persuni li jkollhom rabtiet mill-qrib mal-intermedjarju; |
(c) |
informazzjoni li dawk il-parteċipazzjonijiet jew rabtiet mill-qrib ma jfixklux it-twettiq effikaċi tad-dmirijiet ta’ superviżjoni tal-awtorità kompetenti. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni prevista taħt dan il-paragrafu.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jċaħħdu r-reġistrazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar li magħhom l-intermedjarju jkollu rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet li jinqalgħu fl-infurzar ta’ dawk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi, ifixklu t-twettiq effikaċi tad-dmirijiet ta’ superviżjoni tal-istess awtoritajiet kompetenti.
KAPITOLU III
IL-LIBERTÀ LI JIĠU PPROVDUTI SERVIZZI U L-LIBERTÀ TA’ STABBILIMENT
Artikolu 4
Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi
1. Kull intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li jkollu l-intenzjoni li jeżerċita negozju fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu:.
(a) |
l-isem, l-indirizz u, fejn applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-intermedjarju; |
(b) |
l-Istat Membru jew l-Istati Membri li fihom l-intermedjarju beħsiebu jopera; |
(c) |
il-kategorija tal-intermedjarju, u fejn applikabbli, l-isem ta’ kwalunkwe impriża rappreżentata tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni; |
(d) |
il-klassijiet rilevanti tal-assigurazzjoni, jekk applikabbli; |
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, tikkomunika dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, li min-naħa tagħha għandha tirrikonoxxi mingħajr dewmien li tkun irċevietha. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari bil-miktub, li l-informazzjoni tkun ġiet riċevuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, u li dak l-intermedjarju jista’ jibda n-negozju tiegħu fl-Istat Membru ospitanti. Fejn applikabbli, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika lill-intermedjarju, fl-istess waqt, il-fatt li l-informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 11(1) applikabbli fl-Istat Membru ospitanti hija disponibbli permezz tal-mezzi msemmija fl-Artikolu 11(3) u (4) u wkoll li l-intermedjarju għandu jikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet sabiex ikun jista’ jibda n-negozju tiegħu fl-Istat Membru ospitanti.
3. Fl-eventwalità ta’ bidla fi kwalunkwe dettall partikulari kkomunikat skont il-paragrafu 1, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari għandu jinnotifika dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha wkoll tiġi informata b’dik il-bidla mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju malli prattikament tkun tista’, u mhux iktar tard minn xahar wara d-data tal-wasla tal-informazzjoni għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.
Artikolu 5
Ksur ta’ obbligi fl-eżerċizzju tal-libertà ta’ forniment ta’ servizzi
1. Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollha bażi għalfejn tqis li intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li jaġixxi fit-territorju tagħha skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi qiegħed jikser xi obbligu stabbilit f’din id-Direttiva, din għandha tikkomunika dawn il-kunsiderazzjonijiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.
Wara li tivvaluta l-informazzjoni li tkun irċiviet skont l-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha, fejn applikabbli, u, f’ dak il-każ, mal-ewwel opportunità, tieħu l-miżuri adegwati biex tirrimedja s-sitwazzjoni. Għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar kull tali miżura meħuda.
Fejn, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru tad-domiċilju jew minħabba li dawk il-miżuri jirriżultaw li mhumiex adegwati jew mhumiex biżżejjed, jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari jibqa’ jaġixxi b’mod li huwa biċ-ċar ta’ detriment għall-interessi tal-konsumaturi tal-Istat Membru ospitanti fuq skala kbira, jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, tieħu miżuri adegwati biex tevita aktar irregolaritajiet, inkluż jekk ikun strettament neċessarju, iżżomm lil dak l-intermedjarju milli jkompli jeżerċita negozju ġdid fit-territorju tagħha.
Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew dak l-Istat Membru ospitanti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-EIOPA u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F’dak il-każ, l-EIOPA tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa s-setgħa tal-Istat Membru ospitanti li jieħu miżuri adegwati biex jipprevjeni jew jippenalizza irregolaritajiet imwettqa fit-territorju tiegħu, f’sitwazzjoni fejn hemm bżonn ta’ azzjoni immedjata sabiex jitħarsu d-drittijiet tal-konsumaturi. Din is-setgħa għandha tinkludi l-possibbiltà li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari jinżammu milli jeżerċitaw negozju ġdid fit-territorju tiegħu.
3. Kull miżura adottata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari kkonċernat f’dokument motivat tajjeb u nnotifikata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, lill-EIOPA u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Artikolu 6
Eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li jkollu l-intenzjoni li jeżerċita l-libertà ta’ stabbiliment tiegħu billi jistabbilixxi fergħa jew preżenza permanenti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu, u jipprovdi lil dik l-awtorità kompetenti l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-isem, l-indirizz u, fejn applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-intermedjarju; |
(b) |
l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu fejn l-intermedjarju qed jippjana li jistabbilixxi fergħa jew preżenza permanenti; |
(c) |
il-kategorija tal-intermedjarju, u fejn applikabbli, l-isem ta’ kwalunkwe impriża rappreżentata tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni; |
(d) |
il-klassijiet rilevanti tal-assigurazzjoni, jekk applikabbli; |
(e) |
l-indirizz fl-Istat Membru ospitanti mnejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti; |
(f) |
l-isem ta’ kwalunkwe persuna responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa jew tal-preżenza permanenti. |
Kull preżenza permanenti ta’ intermedjarju fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li hija ekwivalenti għal fergħa, għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħal fergħa, sakemm l-intermedjarju ma jistabbilixxix b’mod leġittimu tali preżenza permanenti f’forma ġuridika oħra.
2. Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkollhiex raġunijiet li tiddubita l-adegwatezza tal-istruttura organizzattiva jew il-qagħda finanzjarja tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari, b’kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ distribuzzjoni fil-mira, għandha tikkomunika dik l-informazzjoni fi żmien xahar mindu tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika li tkun irċevietha mingħajr dewmien. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari bil-miktub, li l-informazzjoni tkun ġiet riċevuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
Fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tikkomunika d-dispożizzjonijiet ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 11(1) permezz tal-modi msemmija fl-Artikolu 11(3) u (4) li huma applikabbli fit-territorju tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandu jikkomunika dik l-informazzjoni lill-intermedjarju u jinforma l-intermedjarju li jkun jista’ jibda bin-negozju tiegħu fl-Istat Membru ospitanti jekk ikun jikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet ġuridiċi.
Fejn ma tasal l-ebda komunikazzjoni fi żmien il-perjodu previst fit-tieni subparagrafu, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari jista’ jistabbilixxi l-fergħa u jibda n-negozju tiegħu.
3. Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tirrifjuta li tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, għandha tagħti raġunijiet għaċ-ċaħda tagħha lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari fi żmien xahar mindu tkun irċeviet l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1.
Rifjut kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu jew kwalunkwe nuqqas mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti għal dritt ta’ appell fil-qrati tal-Istat Membru tad-domiċilju.
4. Fl-eventwalità ta’ bidla fi kwalunkwe dettall partikulari kkomunikat skont il-paragrafu 1, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari għandu jinnotifika dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha wkoll tiġi informata b’dik il-bidla mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju malli prattikament tkun tista’, u mhux iktar tard minn xahar wara d-data tal-wasla tal-informazzjoni għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.
Artikolu 7
Tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istat Membru tad-domiċilju u l-Istat Membru ospitanti
1. Jekk il-post ewlieni tan-negozju ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari jkun jinsab fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru tad-domiċilju, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor tista’ taqbel mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li taġixxi bħallikieku kienet l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju fir-rigward tad-dispożizzjonijiet fil-Kapitoli IV, V, VI u VII. Fl-eventwalità ta’ tali ftehim, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinnotifika lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari u lill-EIOPA mingħajr dewmien.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollha r-responsabbiltà li tiżgura li s-servizzi pprovduti mill-istabbiliment fit-territorju tagħha jkunu konformi mal-obbligi stipulati fil-Kapitoli V u VI, kif ukoll bil-miżuri li jiġu adottati b’konsegwenza tagħhom.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollha d-dritt li teżamina l-arranġamenti tal-istabbiliment, kif ukoll li tirrikjedi l-bidliet li jkunu meħtieġa sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tinforza l-obbligi tal-Kapitoli V u VI u l-miżuri li jiġu adottati b’konsegwenza tagħhom, fir-rigward tas-servizzi jew attivitajiet ipprovduti mill-istabbiliment fit-territorju tagħha.
Artikolu 8
Ksur ta’ obbligi fl-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment
1. Fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti tkun żgura li intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari qiegħed jikser id-dispożizzjonijiet ġuridiċi jew regolatorji adottati f’dak l-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli V u VI, dik l-awtorità tista’ tieħu miżuri adegwati.
2. Fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jkollha raġunijiet tikkunsidra li intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li jaġixxi fit-territorju tiegħu permezz ta’ stabbiliment, ma jkunx konformi ma’ xi obbligu stipulat f’din id-Direttiva, u fejn dik l-awtorità kompetenti ma jkollhiex ir-responsabbiltà skont l-Artikolu 7(2), għandha tirreferi l-konklużjonijiet tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju. Wara li tivvaluta l-informazzjoni riċevuta, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha, fejn applikabbli u, f’dak il-każ, mal-ewwel opportunità tieħu l-miżuri xierqa biex tirranġa s-sitwazzjoni. Għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar kull tali miżura meħuda.
3. Fejn, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru tad-domiċilju jew minħabba li dawk il-miżuri jirriżultaw li mhumiex adegwati jew mhumiex biżżejjed, jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari jibqa’ jaġixxi b’mod li huwa biċ-ċar ta’ detriment għall-interessi tal-konsumaturi tal-Istat Membru ospitanti fuq skala kbira jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, tieħu miżuri adegwati biex tevita aktar irregolaritajiet, inkluż, jekk ikun strettament neċessarju, żżomm lil dak l-intermedjarju milli jkompli jeżerċita negozju ġdid fiit-territorju tagħha.
Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew tal-Istat Membru ospitanti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-EIOPA u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F’dak il-każ, l-EIOPA tista’ taġixxi skont is-setgħat li jingħatawlha fl-istess Artikolu.
4. Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx jaffettwaw is-setgħa tal-Istat Membru ospitanti li jieħu miżuri adegwati u mhux diskriminatorji biex jipprevjeni jew jippenalizza irregolaritajiet imwettqa fit-territorju tiegħu, f’sitwazzjonijiet fejn huwa strettament neċessarju li tittieħed azzjoni immedjata sabiex jitħarsu d-drittijiet tal-konsumaturi tal-Istat Membru ospitanti, u fejn li l-miżuri ekwivalenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mhumiex adegwati jew mhumiex biżżejjed. F’tali sitwazzjonijiet, l-Istat Membru ospitanti għandu jkollu l-possibbiltà li jimpedixxi lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni jew l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari ikkonċernati milli jeżerċitaw negozju ġdid fit-territorju tiegħu.
5. Kull miżura adottata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari kkonċernat f’dokument motivat tajjeb u nnotifikata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, lill-EIOPA u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Artikolu 9
Setgħat fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-interess tal-ġid komuni
1. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa s-setgħa tal-Istati Membri ospitanti li jieħdu miżuri adegwati u mhux diskriminatorji biex jippenalizzaw irregolaritajiet imwettqa fit-territorji tagħhom li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet ġuridiċi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 11(1) sa fejn ikun strettament neċessarju. F’tali sitwazzjonijiet, l-Istat Membru ospitanti għandu jkollu l-possibbiltà li jimpedixxi lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni jew l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari kkonċernati milli jeżerċitaw negozju ġdid fiit-territorju tagħhom.
2. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa s-setgħa tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti milli tieħu miżuri adegwati biex iżżomm lid-distributur tal-assigurazzjoni stabbilit fi Stat Membru ieħor milli jeżerċita attività fit-territorju tagħha skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, jew fejn applikabbli, l-libertà ta’ stabbiliment, fejn l-attività rilevanti hija kompletament jew prinċipalment diretta lejn it-territorju tal-Istat Membru għall-fini biss li tevita d-dispożizzjonijiet ġuridiċi li jkunu applikabbli li kieku dak id-distributur tal-assigurazzjoni kellu r-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat tiegħu f’dak l-Istat Membru ospitanti u, barra dan, jekk l-attività tiegħu tipperikola serjament il-funzjonament regolari ta’ suq tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fl-Istat Membru ospitanti għal dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-konsumaturi. F’każ bħal dan l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, tista’ tieħu, fir-rigward ta’ dak id-distributur tal-assigurazzjoni, il-miżuri adegwati kollha meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi fl-Istat Membru ospitanti. L-awtoritajiet kompetenti involuti jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-EIOPA u jitolbu l-għajnuna tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u f’każ bħal dan l-EIOPA tista’ taġixxi skont is-setgħat konferiti lilha b’dak l-Artikolu fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti u dawk tal-Istati Membri tad-domiċilju.
KAPITOLU IV
REKWIŻITI ORGANIZZATTIVI
Artikolu 10
Rekwiżiti professjonali u organizzattivi
1. L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li d-distributuri tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jeżerċitaw attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkollhom l-għarfien u l-kapaċità xierqa biex iwettqu l-kompiti u d-dmirijiet tagħhom b’mod adegwat.
2. L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, kif ukoll l-impjegati tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti għal taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu, sabiex ikunu jistgħu jżommu livell adegwat ta’ prestazzjoni li jikkorrispondi mar-rwol li jaqdu u s-suq rilevanti.
Għal dak il-għan, l-Istati Membri tad-domiċilju għandu jkollhom stabbiliti u jippubblikaw mekkaniżmi biex jikkontrollaw b’mod effikaċi u jivvalutaw l-għarfien u l-kompetenza tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-impjegati tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, abbażi mill-anqas ta’ 15-il siegħa taħriġ jew żvilupp professjonali fis-sena, filwaqt li titqies in-natura tal-prodotti mibjugħa, it-tip ta’ distributur, ir-rwol li għandhom, u l-attività li jeżerċitaw fi ħdan id-distributur tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni.
L-Istati Membri tad-domiċilju jistgħu jitolbu li tingħata prova tat-tmiem b’suċċess tar-rekwiżiti ta’ taħriġ u żvilupp permezz tal-għoti ta’ ċertifikat.
L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kundizzjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-għarfien u l-kapaċità b’konformità mal-attività partikulari tad-distributuri tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u l-prodotti mqassma, partikolarment fil-każ ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li fil-każi msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) u fir-rigward tal-impjegati ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni involuti fid-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni, l-impriża jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandu jivverifika li l-għarfien u l-kapaċità tal-intermedjarji huma f’konformità mal-obbligazzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u, fejn meħtieġ, għandu jipprovdi lil dawk l-intermedjarji b’taħriġ jew mezzi għall-iżvilupp professjonali li jikkorrispondi mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-prodotti mibjugħa mill-intermedjarji.
L-Istati Membri mhux meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-persuni fiżiċi kollha li jaħdmu f’impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, li jwettqu l-attività ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, madanakollu l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni rilevanti fi ħdan l-istruttura ta’ amministrazzjoni ta’ dawn l-impriżi li huma responsabbli għad-distribuzzjoni fir-rigward ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni u l-persuni l-oħra kollha direttament involuti f’distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni juru l-għarfien u l-kapaċità meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.
L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandhom juru li huma konformi mar-rekwiżiti dwar l-għarfien professjonali u l-kompetenza rilevanti stabbilit fl-Anness I.
3. Persuni fiżiċi li jaħdmu f’impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, li jwettaq distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandu jkollhom reputazzjoni tajba. Bħala minimu, għandu jkollhom kondotta kriminali nadifa jew xi ekwivalent nazzjonali ieħor b’relazzjoni ma’ offiżi kriminali serji marbuta ma’ reati kontra l-proprjetà jew reati oħra marbuta ma’ attivitajiet finanzjarji, u ma jridux ikunu ġew dikjarati falluti fil-passat, sakemm ma jkunux ġew riabilitati skont il-liġi nazzjonali.
L-Istati Membri jistgħu, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1), jippermettu li distributur tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jivverifika r-reputazzjoni tajba tal-impjegati tiegħu, u fejn xieraq, tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tiegħu.
L-Istati Membri mhux meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżiti msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-persuni fiżiċi kollha li jaħdmu f’impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, sakemm dawk il-persuni fiżiċi ma jkunux involuti direttament fid-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fi ħdan l-istruttura tal-amministrazzjoni responsabbli għad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kif ukoll il-persunal kollu involut direttament fiha jissodisfaw dan ir-rekwiżit.
Fir-rigward tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni responsabbli għad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni anċillari jissodisfaw ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
4. L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandu jkollhom assigurazzjoni ta’ indemnità professjonali li tkopri t-territorju kollu tal-Unjoni jew xi garanzija oħra komparabbli kontra responsabbiltà li tirriżulta minn negliġenza professjonali, tal-anqas għal EUR 1 250 000 applikabbli għal kull pretensjoni u aggregat ta’ EUR 1 850 000 fis-sena għall-pretensjonijiet kollha, sakemm dik l-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli tkun diġà provduta minn impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew impriża oħra li għan-nom tagħha l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollu s-setgħa li jaġixxi jew dik l-impriża tkun assumiet ir-responsabbiltà sħiħa għall-azzjonijiet tal-intermedjarju.
5. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari jkollhom assigurazzjoni ta’ indemnità professjonali jew garanziji kumparabbli f’livell stabbilit mill-Istati Membri filwaqt li titqies in-natura tal-prodotti mibjugħa u l-attività mwettqa.
6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu l-klijenti kontra l-inabbiltà tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li jittrasferixxi l-primjum ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew li jittrasferixxi l-ammont ta’ pretensjoni jew jirritorna l-primjum lill-persuna assigurata.
Dawk il-miżuri għandu jkollhom xi waħda jew aktar mill-forom li ġejjin:
(a) |
dispożizzjonijiet preskritti bil-liġi jew kuntratt li skonthom flus imħallsa mill-klijent lill-intermedjarju jitqiesu bħala mħallsa lill-impriża, filwaqt li flus imħallsa mill-impriża lill-intermedjarju ma jitqisux li tħallsu lill-klijent sa ma l-klijent ikun effettivament irċevihom; |
(b) |
rekwiżit għall-intermedjarju li jkollu kapaċità finanzjarja li tammonta, fuq bażi permanenti, għal 4 % tas-somma tal-primjums annwali li jirċievi, soġġett għal minimu ta’ EUR 18 750; |
(c) |
rekwiżit li l-flus tal-klijenti jiġu trasferiti permezz ta’ kontijiet tal-klijenti strettament segregati u li dawk il-kontijiet ma jintużawx għar-rimborż ta’ kredituri oħra fil-każ ta’ falliment; |
(d) |
rekwiżit li jiġi stabbilit fond ta’ garanzija. |
7. L-EIOPA għandha tirrevedi regolarment l-ammonti msemmija fil-paragrafi 4 u 6 sabiex jittieħed kont tal-bidliet tal-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat. L-ewwel reviżjoni għandha ssir sal-31 ta’ Diċembru 2017 u r-reviżjonijiet suċċessivi għandhom isiru kull ħames snin wara dan.
L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jadattaw l-ammont bażi f’euro msemmi fil-paragrafi 4 u 6 bil-perċentwal tal-bidla fl-indiċi msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2017 jew bejn id-data tal-aħħar reviżjoni u d-data tar-reviżjoni l-ġdida, aġġustat sal-eqreb multiplu ta’ EUR 10.
L-EIOPA għandha tressaq dawk l-abbozzi ta’ standards regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2018 u l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji suċċessivi kull ħames snin wara dan.
Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
8. Biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafi 1, 2 u 3, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom japprovaw, jimplimentaw u jirrevedu regolarment il-politiki interni tagħhom u l-proċeduri interni xierqa.
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jidentifikaw funzjoni biex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tal-politiki u l-proċeduri approvati.
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jistabbilixxu, iżommu u jaġġornaw ir-rekords tad-dokumentazzjoni rilevanti kollha rigward l-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom, fuq talba, jagħmlu disponibbli l-isem tal-persuna responsabbli għal dik il-funzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.
Artikolu 11
Pubblikazzjoni ta’ regoli “ta’ interess ġenerali”
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali rilevanti li jħarsu l-interessi ġenerali, inkluża l-informazzjoni dwar jekk u kif l-Istat Membru għażel li japplika dispożizzjonijiet aktar rigorużi previsti fl-Artikolu 29(3), li huma applikabbli għall-eżerċizzju tad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fit-territorji tagħhom.
2. Stat Membru li jipproponi li japplika, u japplika dispożizzjonijiet li jirregolaw id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni minbarra dawk id-dispożizzjonijiet diġà stipulati f’din id-Direttiva, għandu jiżgura li l-piż amministrattiv li jitnissel minn dawk id-dispożizzjonijiet ikun proporzjonali fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumaturi. L-Istat Membru għandu jkompli jimmonitorja dawk id-dispożizzjonijiet biex jiżgura li jibqgħu proporzjonali f’konformità ma dan il-paragrafu.
3. L-EIOPAgħandha tinkludi, fuq is-sit elettroniku tagħha, ħoloq għas-siti elettroniċi tal-awtoritajiet kompetenti fejn tkun ippubblikata informazzjoni dwar ir-regoli ta’ “interess ġenerali”. Tali informazzjoni għandha tinżamm aġġornata mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali b’mod regolari, u l-EIOPA għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit tagħha bir-regoli kollha “ta’ interess ġenerali” kklassifikati f’oqsma rilevanti differenti tal-liġi.
4. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt uniku ta’ kuntatt responsabbli għall-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-regoli “ta’ interess ġenerali” fl-istess Stat Membru. Tali punt ta’ kuntatt għandu jkun awtorità kompetenti xierqa.
5. L-EIOPA għandha teżamina f’rapport, u tinforma lill-Kummissjoni dwarhom, ir-regoli “ta’ interess ġenerali” ppubblikati mill-Istati Membri, kif imsemmi f’dan l-Artikolu fil-kuntest tal-funzjonament tajjeb ta’ din id-Direttiva u tas-suq intern qabel it-23 ta’ Frar 2019.
Artikolu 12
Awtoritajiet kompetenti
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa li jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan, u jindikaw kwalunkwe diviżjoni ta’ dawk id-dmirijiet.
2. L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu jew awtoritajiet pubbliċi jew korpi rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali jew minn awtoritajiet pubbliċi espressament mogħtija s-setgħa għal dak il-għan bil-liġi nazzjonali. Ma għandhomx ikunu impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew assoċjazzjonijiet li l-membri tagħhom jinkludu direttament jew indirettament impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew intermedjarji tar-riassigurazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u korpi oħra fejn dik hija espressament prevista fl-Artikolu 3(1).
3. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom taħt din id-Direttiva. Fejn ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fuq it-territorju tiegħu, Stat Membru għandu jiżgura li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu id-dmirijiet rispettivi tagħhom b’mod effikaċi.
Artikolu 13
Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti għandhom jikkooperaw bejniethom u jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar id-distributuri tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ din id-Direttiva.
2. B’mod partikolari, fil-proċess tar-reġistrazzjoni u fuq bażi kontinwa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaqsmu l-informazzjoni rilevanti rigward ir-reputazzjoni tajba, l-għarfien professjonali u l-kompetenzi tad-distributuri tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jiskambjaw informazzjoni dwar distributuri tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li kienu ġew soġġetti għal sanzjoni jew miżura oħra msemmija fil-Kapitolu VII u dik l-informazzjoni x’aktarx twassal għat-tneħħija mir-reġistru ta’ kwalunkwe distributuri bħal dawn.
4. Il-persuni kollha mitluba li jirċievu jew jikxfu informazzjoni b’konnessjoni ma’ din id-Direttiva għandhom ikunu marbuta b’segretezza professjonali, bl-istess mod kif preskritt fl-Artikolu 64 tad-Direttiva 2009/138/KE.
Artikolu 14
Ilmenti
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri li jippermettu lill-klijenti u partijiet interessati oħra, speċjalment assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, li jirreġistraw ilmenti dwar distributuri tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Fil-każijiet kollha, min jagħmel ilment għandu jirċievi risposta.
Artikolu 15
Rimedji barra l-qrati
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċeduri ta’ lmenti u ta’ rimedju barra l-qrati adegwati u effikaċi, imparzjali u indipendenti għar-riżoluzzjoni ta’ lmenti bejn il-konsumaturi u d-distributuri tal-assigurazzjoni rigward id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw f’din id-Direttiva huma stabbiliti skont l-atti leġiżlattivi rilevanti tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali, bl-użu ta’ korpi eżistenti meta xieraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali proċeduri jkunu applikabbli, u l-kompetenza tal-korpi rilevanti effettivament testendi, għal distributuri tal-assigurazzjoni li għalihom ikunu nbdew il-proċeduri.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 jikkooperaw fis-soluzzjoni ta’ tilwim transkonfinali dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva.
Artikolu 16
Restrizzjoni fuq l-użu tal-intermedjarji
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jintużaw is-servizzi tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari, l-impriżi u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jużaw is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biss ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni rreġistrati jew intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari inkluż dawk imsemmija fl-Artikolu 1(3).
KAPITOLU V
REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI U REGOLI DWAR IL-KONDOTTA TAL-OPERAZZJONIJIET
Artikolu 17
Prinċipju ġenerali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni, id-distributuri tal-assigurazzjoni dejjem jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali, f’konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom.
2. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha relatata mas-suġġett ta’ din id-Direttiva, inklużi komunikazzjonijiet ta’ promozzjoni, li d-distributur tal-assigurazzjoni jindirizza lill-klijenti jew lil klijenti potenzjali, għandha dejjem tkun ġusta, ċara, u ma tqarraqx. Il-komunikazzjonijiet ta’ promozzjoni għandhom dejjem ikunu identifikabbli biċ-ċar bħala tali.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri tal-assigurazzjoni ma jkunux remunerati jew ma jagħtux rimunerazzjoni jew jivvalutaw il-prestazzjoni tal-impjegati tagħhom b’mod li joħloq kunflitt ma’ dmirijiethom biex jaġixxu f’konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom. B’mod partikolari, distributur tal-assigurazzjoni ma għandux jagħmel xi arranġament permezz ta’ rimunerazzjoni, miri ta’ bejgħ jew xi mod ieħor li jista’ jagħti l-inċentiv lilu nnifsu jew lill-persunal tiegħu biex jirrakkomanda prodott tal-assigurazzjoni partikolari lil klijent meta d-distributur tal-assigurazzjoni jkun jista’ joffri prodott tal-assigurazzjoni differenti li jilħaq aħjar il-ħtiġijiet tal-klijent.
Artikolu 18
Informazzjoni ġenerali pprovduta minn intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
fi żmien xieraq qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, intermedjarju tal-assigurazzjoni għandu jiżvela li ġej lill-klijenti:
|
(b) |
fi żmien xieraq qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni għandha tiżvela li ġej lill-klijenti:
|
Artikolu 19
Kunflitti ta’ interess u trasparenza
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi żmien xieraq qabel ma jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni, l-intermedjarju ta’ assigurazzjoni jipprovdi lill-klijent b’tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
jekk ikollux parteċipazzjoni, diretta jew indiretta, li tirrappreżenta 10 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital f’impriża partikolari tal-assigurazzjoni; |
(b) |
jekk impriża partikolari tal-assigurazzjoni jew impriża principali ta’ impriża partikolari tal-assigurazzjoni jkollha parteċipazzjoni, diretta jew indiretta, li tirrappreżenta 10 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni; |
(c) |
rigward il-kuntratti proposti, jew li ngħatat konsulenza dwarhom jekk:
|
(d) |
in-natura tar-rimunerazzjoni rċevuta b’rabta mal-kuntratt tal-assigurazzjoni; |
(e) |
jekk, b’rabta mal-kuntratt tal-assigurazzjoni, jaħdimx:
|
2. Fejn it-tariffa titħallas direttament mill-klijent, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni għandu jinforma lill-klijent bl-ammont tat-tariffa jew, fejn dak mhuwiex possibbli, il-metodu biex tiġi kkalkulata t-tariffa.
3. Jekk isiru ħlasijiet mill-klijent fil-qafas tal-kuntratt tal-assigurazzjoni wara li dan ikun ġie konkluż, minbarra l-primjums attwali u l-ħlasijiet skedati, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni għandu wkoll iwettaq l-iżvelar, skont dan l-Artikolu, għal kull wieħed minn dawn il-ħlasijiet.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi żmien xieraq qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni tikkomunika lill-klijent tagħha n-natura tar-rimunerazzjoni rċevuta mill-impjegati tiegħu fir-rigward tal-kuntratt tal-assigurazzjoni.
5. Jekk isiru ħlasijiet mill-klijent fil-qafas tal-kuntratt tal-assigurazzjoni wara li dan ikun ġie konkluż, minbarra l-primjums attwali u l-ħlasijiet skedati, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni għandu wkoll iwettaq l-iżvelar, skont dan l-Artikolu, għal kull wieħed minn dawn il-ħlasijiet.
Artikolu 20
Konsulenza, u standards għall-bejgħ fejn ma tingħatax konsulenza
1. Qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu jispeċifika, fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-klijent, id-domandi u l-bżonnijiet ta’ dak il-klijent u għandu jipprovdi lill-klijent b’informazzjoni oġġettiva dwar il-prodott tal-assigurazzjoni f’forma komprensibbli biex dak il-klijent ikun jista’ jieħu deċiżjoni informata.
Kwalunkwe kuntratt propost għandu jkun konsistenti mad-domandi u l-bżonnijiet tal-assigurazzjoni tal-klijent.
Fejn huwa pprovdut parir qabel il-konklużjoni ta’ xi kuntratt speċifiku, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu jipprovdi lill-klijent b’rakkomandazzjoni personalizzata li tispjega għaliex prodott partikolari jkun jissodisfa bl-aħjar mod id-domandi u l-bżonnijiet tal-klijent.
2. Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu modulati skont il-kumplessità tal-prodott ta’ assigurazzjoni li jkun ġie propost u t-tip ta’ klijent.
3. Fejn l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jinforma lill-klijent li jagħti l-parir tiegħu fuq il-bażi ta’ analiżi ġusta u personali, huwa għandu jagħti l-parir fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ numru kbir biżżejjed ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni disponibbli fis-suq, biex ikun permess lilu li jagħmel rakkomandazzjoni personali, skont il-kriterji professjonali, fir-rigward ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni li tkun adegwata biex tilħaq il-ħtiġiet tal-klijent.
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 183 u 184 tad-Direttiva 2009/138/KE, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt, jingħatax jew le parir u irrispettivament minn jekk il-prodott tal-assigurazzjoni huwiex parti minn pakkett skont l-Artikolu 24 ta’ din id-Direttiva, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu jipprovdi lill-klijent bl-informazzjoni rilevanti dwar il-prodott ta’ assigurazzjoni, f’forma li tinftiehem, sabiex il-konsumatur ikun jista’ jieħu deċiżjoni infurmata, filwaqt li jitqiesu l-kumplessità tal-prodott tal-assigurazzjoni u t-tip ta’ klijent.
5. Fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja kif imniżżel fl-Anness I għad-Direttiva 2009/138/KE, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha tingħata permezz ta’ dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni standardizzata fuq karta jew mezz durabbli ieħor.
6. Id-dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jitfassal mill-produttur tal-prodott ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja.
7. Id-dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni għandu:
(a) |
ikun qasir u dokument waħdieni; |
(b) |
għandu jiġi ppreżentat u strutturat b’mod li jkun ċar u faċli jinqara, bl-użu ta’ tipa ta’ daqs li tinqara; |
(c) |
ikun jinqara bl-istess mod fil-każ li minħabba li jkun oriġinarjament ġie prodott bil-kulur, jiġi stampat jew fotokopjat bl-abjad u l-iswed; |
(d) |
jinkiteb fil-lingwi uffiċjali, jew f’wieħed mil-lingwi uffiċjali, użat fil-parti tal-Istat Membru fejn il-prodott tal-assigurazzjoni huwa offrut jew, jekk ikun hemm qbil mill-konsumatur u d-distributur, f’lingwa oħra; |
(e) |
ikun preċiż u mhux qarrieqi; |
(f) |
ikun fih it-titlu “dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni” fil-parti ta’ fuq tal-ewwel paġna; |
(g) |
jinkludi dikjarazzjoni li l-informazzjoni prekuntrattwali u kuntrattwali kompluta dwar il-prodott tkun ipprovduta f’dokumenti oħrajn. |
L-Istati Membri jista’ jistipula li d-dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni għandu jingħata flimkien mal-informazzjoni meħtieġa skont atti leġiżlattivi oħrajn tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti kollha stipulati fl-ewwel subparagrafu jkunu ssodisfati.
8. Id-dokument bl-informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni għandu jinkludi din l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
informazzjoni dwar it-tip ta’ assigurazzjoni; |
(b) |
sommarju tal-kopertura tal-assigurazzjoni, inklużi r-riskji ewlenin assigurati, is-somma assigurata u, fejn ikun applikabbli, l-ambitu ġeografiku u sommarju tar-riskji esklużi; |
(c) |
il-mezzi ta’ pagament ta’ primjums u t-tul ta’ żmien tal-pagamenti; |
(d) |
l-esklużjonijiet ewlenin fejn il-pretensjonijiet ma jistgħux isiru; |
(e) |
l-obbligi fil-bidu tal-kuntratt; |
(f) |
l-obbligi tul l-perjodu tal-kuntratt; |
(g) |
l-obbligi fil-każ li ssir pretensjoni; |
(h) |
il-perjodu tal-kuntratt inklużi d-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-kuntratt; |
(i) |
il-mezzi biex jispiċċa l-kuntratt. |
9. L-EIOPA, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u wara l-ittestjar tal-konsumatur, għandha tiżviluppa abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward format ta’ preżentazzjoni standardizzata tad-dokument bl-informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni li jispeċifika d-dettalji tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 8.
L-EIOPA għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-23 ta' Frar 2017.
Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
Artikolu 21
Informazzjoni provduta minn intermedjarji ta’ assigurazzjoni anċillari
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji ta’ assigurazzjoni anċillari jikkonformaw mal-punti (i), (iii) u (iv) tal-Artikolu 18(a) u l-punt (d) tal-Artikolu 19(1).
Artikolu 22
Eżenzjonijiet għall-informazzjoni u klawżola ta’ flessibbiltà
1. L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18, 19 u 20 mhix meħtieġa li tingħata meta d-distributur tal-assigurazzjoni jwettaq l-attivitajiet ta’ distribuzzjoni fir-rigward tal-assigurazzjoni ta’ riskji kbar.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 29 u 30 ta’ din id-Direttiva ma għandhiex għalfejn tkun provduta lil klijent professjonali kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.
2. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet aktar rigorużi fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ informazzjoni msemmija f’dan il-Kapitolu, bil-kundizzjoni li tali dispożizzjonijiet ikunu jikkonformaw mal-liġi tal-Komunità. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-EIOPA u lill-Kummissjoni tali dispożizzjonijiet nazzjonali.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw il-pubblikazzjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom tal-informazzjoni dwar jekk u kif l-Istati Membri jkunu għażlu li japplikaw dispożizzjonijiet aktar rigorużi taħt dan il-paragrafu.
B’mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti tal-parir imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 20(1) obbligatorju għall-bejgħ ta’ kwalunkwe prodott tal-assigurazzjoni, jew għal ċertu tipi ta’ prodotti tal-assigurazzjoni. F’tali każ, id-distributuri tal-assigurazzjoni għandhom jikkonformaw ma’ tali dispożizzjonijiet nazzjonali aktar rigorużi, inklużi dawk li joperaw taħt il-libertà li jipprovdu s-servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment, meta jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ma’ klijenti li jkollhom ir-residenza abitwali jew l-istabbiliment tagħhom f’dak l-Istat Membru.
3. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jipprojbixxu l-aċċettazzjoni jew ir-riċeviment ta’ tariffi, kummissjonijiet jew benefiċċji fi flus jew mhux fi flus imħallsa jew ipprovduti minn kwalunkwe parti terza, jew minn persuna li taġixxi f’isem parti terza b’rabta mad-distribuzzjoni tal-prodotti tal-assigurazzjoni.
4. Sabiex jiġi stabbilit livell għoli ta’ trasparenza bil-mezzi kollha xierqa, l-EIOPA għandha tiżgura li l-informazzjoni li tirċievi b’rabta ma’ dispożizzjonijiet nazzjonali tkun ukoll ikkomunikata lill-klijenti, u lid-distributuri tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn distributur tal-assigurazzjoni jkun responsabbli għall-għoti ta’ arranġamenti tal-pensjoni okkupazzjonali obbligatorji, u impjegat isir membru ta’ tali arranġament mingħajr ma jkun ħa deċiżjoni individwali biex jissieħeb miegħu, l-informazzjoni msemmija f’dan il-Kapitolu għandha tiġi pprovduta lill-impjegat immedjatament wara li jkun issieħeb fl-arranġament ikkonċernat.
Artikolu 23
Kundizzjonijiet ta’ informazzjoni
1. L-informazzjoni kollha li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikoli 18, 19, 20 u 29 għandha tiġi kkomunikata lill-klijent:
(a) |
fuq il-karta; |
(b) |
b’mod ċar u preċiz, li jiftiehem mill-klijent; |
(c) |
f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li fih jinsab ir-riskju, jew tal-Istat Membru tal-impenn, jew f’xi lsien ieħor miftiehem bejn il-partijiet; u |
(d) |
bla ħlas. |
2. B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18, 19, 20 u 29 tista’ tiġi pprovduta lill-konsumatur fuq mezz minn dawn li ġejjin:
(a) |
mezz durabbli, għajr il-karta, fejn il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu huma ssodisfati; jew |
(b) |
websajt, fejn il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu huma ssodisfati. |
3. Madankollu, fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18, 19, 20 u 29 tiġi pprovduta bl-użu ta’ mezz durabbli għajr il-karta jew permezz ta’ websajt, għandha tingħata kopja fuq il-karta lill-klijent fuq talba tiegħu u mingħajr ħlas.
4. L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18, 19, 20 u 29 tista’ tiġi pprovduta bl-użu ta’ mezz durabbli għajr il-karta, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-użu tal-mezz durabbli huwa xieraq fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn id-distributur tal-assigurazzjoni u l-klijent; u |
(b) |
il-klijent ikun ingħata l-għażla bejn l-informazzjoni fuq il-karta u fuq mezz durabbli, u jkun għażel dak il-mezz tal-aħħar. |
5. L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18, 19, 20 u 29 tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ websajt jekk tkun indirizzata personalment lill-klijent, jew jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-għoti ta’ dik l-informazzjoni permezz ta’ websajt huwa xieraq fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn id-distributur tal-assigurazzjoni u l-klijent; |
(b) |
il-klijent ikun qabel li dik l-informazzjoni tingħata permezz ta’ websajt; |
(c) |
il-klijent ikun ġie notifikat b’mod elettroniku bl-indirizz tal-websajt, u bil-paġna tal-istess websajt minn fejn jista’ jsir l-aċċess għal dik l-informazzjoni; |
(d) |
jiġi żgurat li dik l-informazzjoni tibqa’ aċċessibbli fuq il-websajt tul perjodu ta’ żmien raġonevoli li fih il-konsumatur jista’ jkollu bżonn jikkonsultha. |
6. Għall-finijiet tal-paragrafi 4 u 5, l-għoti ta’ informazzjoni bl-użu ta’ mezz durabbli għajr il-karta jew permezz ta’ websajt għandu jitqies xieraq fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn id-distributur tal-assigurazzjoni u l-klijent, jekk ikun hemm evidenza li l-klijent ikollu aċċess regolari għall-Internet. L-għoti mill-klijent ta’ indirizz tal-posta elettronika għall-finijiet tal-istess negozju għandu jitqies bħala tali evidenza.
7. Fil-każ ta’ bejgħ bit-telefon, l-informazzjoni mogħtija lill-klijent mid-distributur tal-assigurazzjoni qabel il-konklużjoni tal-kuntratt inkluż id-dokument ta’ informazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni għandha tingħata skont ir-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-kummerċjalizzazzjoni minn distanza ta’ servizzi finanzjarji lill-konsumatur. Barra minn hekk, anki jekk il-klijent ikun għażel li jakkwista l-informazzjoni minn qabel fuq mezz durabbliieħor apparti fuq karta skont il-paragrafu 4, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mid-distributur tal-assigurazzjoni lill-klijent skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 minnufih wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni.
Artikolu 24
Bejgħ inkroċjat
1. Fejn prodott tal-assigurazzjoni jiġi offrut flimkien ma’ prodott anċillari jew servizz li mhuwiex assigurazzjoni, bħala parti minn pakkett jew mill-istess ftehim, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu jinforma lill-klijent jekk huwiex possibbli li dan jixtri l-komponenti differenti b’mod separat, u jekk iva, għandu jipprovdi deskrizzjoni adegwata tal-komponenti differenti tal-ftehim jew pakkett kif ukoll evidenza separata tal-kostijiet u t-tariffi ta’ kull komponent.
2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, u fejn ir-riskju jew il-kopertura tal-assigurazzjoni li jirriżultaw minn tali ftehim jew pakkett offrut lil klijent huma differenti minn dak assoċjat mal-komponenti meħuda separatament, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu jipprovdi deskrizzjoni adegwata tal-komponenti differenti tal-ftehim jew pakkett u tal-mod li bih l-interazzjoni tagħhom timmodifika r-riskju jew il-kopertura tal-assigurazzjoni.
3. Fejn prodott tal-assigurazzjoni jkun anċillari għal prodott jew servizz li mhumiex assigurazzjoni, bħala parti minn pakkett jew l-istess ftehim, id-distributur tal-assigurazzjoni għandu joffri lill-klijent il-possibilità li jixtri l-prodott jew is-servizz separatament. Dan il-paragrafu ma għandux japplika fejn prodott tal-assigurazzjoni jkun anċillari għal servizz jew attività ta’ investiment kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, ftehim ta’ kreditu kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (15), jew kont ta’ ħlas kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).
4. L-EIOPA tista’ tiżviluppa linji gwida għall-valutazzjoni u s-superviżjoni tal-prattiċi ta’ bejgħ inkroċjat, b’indikazzjoni tas-sitwazzjonijiet li fihom il-prattiċi ta’ bejgħ inkroċjat ma jkunux konformi mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 17.
5. Dan l-Artikolu ma għandux jevita d-distribuzzjoni tal-prodotti tal-assigurazzjoni li jipprovdu kopertura għal tipi varji ta’ riskji (poloz tal-assigurazzjoni li jkopru diversi riskji).
6. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li distributur tal-assigurazzjoni jispeċifika d-domandi u l-ħtiġijiet tal-klijent fir-rigward tal-prodotti tal-assigurazzjoni li jiffurmaw parti mill-pakkett globali jew l-istess ftehim.
7. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw miżuri addizzjonali aktar rigorużi jew jintervjenu fuq bażi ta’ każ b’każ biex jipprojbixxu l-bejgħ ta’ assigurazzjoni flimkien ma’ servizz jew prodott anċillari li mhumiex assigurazzjoni bħala parti minn pakkett jew l-istess ftehim meta jkunu jistgħu juru li tali prattiki huma ta’ detriment għall-konsumaturi.
Artikolu 25
Sorveljanza tal-prodotti u rekwiżiti ta’ governanza
1. Impriżi tal-assigurazzjoni, kif ukoll intermedjarji li jipproduċu xi prodott tal-assigurazzjoni għall-bejgħ lill-klijenti, għandhom iżommu, iħaddmu u jeżaminaw mill-ġdid proċess għall-approvazzjoni ta’ kull prodott tal-assigurazzjoni jew adattamenti sinifikanti ta’ prodott tal-assigurazzjoni eżistenti, qabel ma dan jiġi kkummerċjalizzat jew imqassam lill-klijenti.
Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jkun proporzjonat u xieraq għan-natura tal-prodott tal-assigurazzjoni.
Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jispeċifika suq fil-mira identifikat għal kull prodott, jiżgura li r-riskji rilevanti kollha għal tali suq fil-mira identifikat jiġu vvalutati u li l-istrateġija tad-distribuzzjoni intenzjonata tkun konsistenti mas-suq fil-mira identifikat, u li jittieħdu passi raġonevoli biex jiġi żgurat li l-prodott tal-assigurazzjoni jitqassam għas-suq fil-mira identifikat.
L-impriża tal-assigurazzjoni għandha tifhem u tirrevedi fuq bażi regolari l-prodotti tal-assigurazzjoni li toffri jew tikkummerċjalizza, filwaqt li tqis kwalunkwe avveniment li jista’ materjalment jaffettwa r-riskju potenzjali għas-suq fil-mira identifikat, biex tal-anqas tivvaluta jekk il-prodott jibqax konsistenti mal-ħtiġijiet tas-suq fil-mira identifikat u jekk l-istrateġija ta’ distribuzzjoni maħsuba għadhiex adegwata.
Impriża tal-assigurazzjoni, kif ukoll intermedjarji li jipproduċu prodotti tal-assigurazzjoni, għandhom jagħmlu disponibbli lid-distributuri l-informazzjoni adegwata kollha dwar il-prodott tal-assigurazzjoni u l-proċess ta’ approvazzjoni tal-prodott, inkluż is-suq fil-mira identifikat tal-prodott tal-assigurazzjoni.
Meta distributur ta’ assigurazzjoni jagħti parir dwar, jew jirrakkomanda, prodotti tal-assigurazzjoni li ma jipproduċix hu stess, dan għandu jkollu arranġamenti adegwati biex jikseb l-informazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu u biex jifhem il-karatteristiċi u s-suq fil-mira identifikat ta’ kull prodott tal-assigurazzjoni.
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 38 biex jiġu speċifikati aktar il-prinċipji stipulati f’dan l-Artikolu, filwaqt li tqis b’mod proporzjonat l-attivitajiet imwettqa, in-natura tal-prodotti tal-assigurazzjoni mibjugħa u n-natura tad-distributur.
3. Il-politiki, proċessi u arranġamenti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti l-oħra kollha skont din id-Direttiva inklużi dawk b’rabta mal-iżvelar, il-konvenjenza u l-adegwatezza, l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u l-inċentivi.
4. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-prodotti tal-assigurazzjoni li jikkonsistu mill-assigurazzjoni ta’ riskji kbar.
KAPITOLU VI
REKWIŻITI ADDIZZJONALI B’RABTA MAL-PRODOTTI TA’ INVESTIMENT IBBAŻATI FUQ ASSIGURAZZJONI
Artikolu 26
Kamp ta’ applikazzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali
Dan il-Kapitolu jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali għal dawk applikabbli għad-distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni skont l-Artikoli 17, 18, 19 u 20, fejn id-distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni titwettaq b’rabta mal-bejgħ ta’ prodotti bbażati fuq investiment fl-assigurazzjoni minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) |
intermedjarju tal-assigurazzjoni; |
(b) |
impriża tal-assigurazzjoni. |
Artikolu 27
Prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17, intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew impriża ta’ assigurazzjoni li jeżerċitaw attivitajiet ta’ distribuzzjoni ta’ prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni għandhom iżommu u joperaw arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effikaċi bil-ħsieb li jieħdu l-passi raġonevoli kollha maħsuba sabiex jipprevjenu l-kunflitti ta’ interess, kif determinati taħt l-Artikolu 28, milli jaffettwaw b’mod negattiv l-interessi tal-klijenti tagħhom. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu proporzjonati għall-attivitajiet imwettqa, il-prodotti tal-assigurazzjoni mibjugħa u t-tip tad-distributur.
Artikolu 28
Kunflitti ta’ interess
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji ta’ assigurazzjoni u l-impriżi ta’ assigurazzjoni jieħdu l-passi xierqa kollha sabiex jidentifikaw kunflitti ta’ interess bejniethom, inklużi d-diriġenti u l-impjegati, jew kwalunkwe persuna marbuta direttament jew indirettament magħhom bil-kontroll, u l-klijenti tagħhom, jew bejn klijent u ieħor, li jistgħu jinqalgħu fl-eżerċizzju ta’ kwalunkwe attività ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni.
2. Meta l-arranġamenti organizzattivi jew amministrattivi li jsiru mill-intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew l-impriża ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 27 għall-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess ma jkunux biżżejjed sabiex jiżguraw, b’kunfidenza raġonevoli, li jiġu evitati r-riskji ta’ ħsara lill-interessi tal-klijenti, l-intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew l-impriża ta’ assigurazzjoni għandhom jiżvelaw b’mod ċar lill-klijent in-natura ġenerali jew is-sorsi tal-kunflitti ta’ interess, fi żmien diċenti qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni.
3. B’deroga mill-Artikolu 23(1), l-iżvelar imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu:
(a) |
isir fuq mezz durabbli; u |
(b) |
jinkludi dettall suffiċjenti, billi tiġi kkunsidrata n-natura tal-klijent, sabiex ikun possibbli li l-klijent jieħu deċiżjoni infurmata rigward l-attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni li fil-kuntest tiegħu jinħoloq il-kunflitt ta’ interess. |
4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38 sabiex:
(a) |
tiddefinixxi l-passi li l-intermedjarji ta’ assigurazzjoni jew l-impriżi ta’ assigurazzjoni jistgħu raġonevolment jiġu mistennija jieħdu għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, il-ġestjoni u l-iżvelar ta’ kunflitti ta’ interess fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni; |
(b) |
tistabbilixxi l-kriterji xierqa biex jiġu determinati t-tipi ta’ kunflitti ta’ interess li l-eżistenza tagħhom tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi tal-klijenti jew il-klijenti potenzjali tal-intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew l-impriża ta’ assigurazzjoni. |
Artikolu 29
Informazzjoni għall-klijenti
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 u l-Artikolu 19(1) u (2), għandha tiġi pprovduta informazzjoni xierqa f’waqtha, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt, lill-klijenti jew lil klijenti potenzjali fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, u fir-rigward tal-ispejjeż kollha u l-imposti relatati. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:
(a) |
fejn tingħata konsulenza, jekk l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni humiex se jipprovdu lill-klijent b’valutazzjoni perjodika tal-adegwatezza tal-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni rakkomandati għal dak il-klijent, kif imsemmi fl-Artikolu 30; |
(b) |
fir-rigward tal-informazzjoni dwar prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni u strateġiji proposti ta’ investiment, dan għandu jinkludi gwida xierqa, u twissijiet dwar, ir-riskji assoċjati ma’ prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni jew f’dak li jirrigwarda strateġiji partikulari ta’ investiment proposti; |
(c) |
fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-ispejjeż kollha u l-imposti relatati li għandhom jiġu żvelati, l-informazzjoni rigward id-distribuzzjoni tal-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, inkluż l-ispiża tal-konsulenza, fejn ikun rilevanti, l-ispiża tal-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni rakkomandat jew ikkummerċjalizzat lill-klijent u dwar kif il-klijent jista’ jħallsu, filwaqt li tiġbor fiha wkoll kwalunkwe pagament ta’ parti terza. |
L-informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-imposti kollha, inklużi l-ispejjeż u l-imposti b’rabta mad-distribuzzjoni tal-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, li mhumiex maħluqa mill-okkorrenza ta’ riskju sottostanti tas-suq, għandha tkun f’forma aggregata biex tippermetti lill-klijent jifhem l-ispiża globali kif ukoll l-effett kumulattiv fuq il-qligħ mill-investiment, u meta l-klijent jitlob dan, għandu jiġi pprovdut sommarju dettaljat tal-ispejjeż u l-imposti. Fejn applikabbli, tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-klijent fuq bażi regolari, tal-anqas kull sena, tul il-perjodu ta’ validità tal-investiment.
L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tiġi pprovduta b’mod li jista’ jinftiehem, b’tali mod li l-klijenti jew klijenti potenzjali jkunu raġonevolment kapaċi jifhmu n-natura u r-riskji rigward il-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni offrut, u b’konsegwenza ta’ dan, ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-investiment. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li dik l-informazzjoni tiġi pprovduta f’format standardizzat.
2. Mingħajr preġudizzju għall-punti (d) u (e) tal-Artikolu 19(1), l-Artikolu 19(3), u l-Artikolu 22(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew l-impriżi tal-assigurazzjoni jitqiesu li qed jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 17(1), l-Artikolu 27 jew l-Artikolu 28 meta dawn iħallsu jew jitħallsu kwalunkwe tariffa jew kummissjoni, jew jipprovdu jew jiġu pprovduti bi kwalunkwe benefiċċju mhux fi flus b’rabta mad-distribuzzjoni ta’ prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jew servizz anċillari lil jew minn kwalunkwe parti għajr il-klijent jew persuna li taġixxi f’isem il-klijent, ħlief fejn il-pagament jew il-benefiċċju:
(a) |
ma jkollhomx impatt detrimentali fuq il-kwalità tas-servizz rilevanti għall-klijent; u |
(b) |
ma jfixklux il-konformità mad-dmir tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali skont l-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom. |
3. L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti aktar rigorużi fuq id-distributuri fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn dan l-Artikolu. B’mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu jew jirrestrinġu aktar l-offerta jew l-aċċettazzjoni ta’ tariffi, kummissjonijiet jew benefiċċji mhux fi flus minn partijiet terzi b’rabta mal-għoti ta’ konsulenza dwar assigurazzjoni.
Rekwiżiti aktar rigorużi jistgħu jinkludu l-obbligu li kull tali tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux fi flus jintradd lura lill-klijenti jew jiġi bbilanċjat b’tariffi mħallsa mill-klijent.
L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti tal-parir imsemmi fl-Artikolu 30 mandatorju għall-bejgħ ta’ kwalunkwe prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, jew għal ċerti tipi tagħhom.
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li, fejn intermedjarju tal-assigurazzjoni jgħarraf lill-klijent li l-konsulenza tkun qiegħda tingħata b’mod indipendenti, l-intermedjarju għandu jivvaluta għadd kbir biżżejjed ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni disponibbli fis-suq li jkunu ddiversifikati biżżejjed fir-rigward tat-tip tagħhom u l-fornituri tal-prodott sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet tal-klijent ikunu jistgħu jintlaħqu b’mod adatt u ma jiġux limitati għall-prodotti tal-assigurazzjoni maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li jkollhom rabtiet mill-qrib mal-intermedjarju.
L-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew l-impriżi tal-assigurazzjoni kollha għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali aktar rigorużi ta’ Stat Membru, inkluż dawk li joperaw taħt il-libertà li jipprovdu s-servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment, meta jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ma’ klijenti li jkollhom ir-residenza abitwali jew l-istabbiliment tagħhom f’dak l-Istat Membru.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 38, sabiex tispeċifika:
(a) |
il-kriterji biex jiġi evalwat jekk l/inċentivi mħallsa jew irċevuti minn intermedjarju tal-assigurazzjoni jew impriża tal-assigurazzjoni għandhomx impatt detrimentali fuq il-kwalità tas-servizz rilevanti għall-klijent; |
(b) |
il-kriterji biex tiġi evalwata l-konformità ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni jew impriża tal-assigurazzjoni li jħallsu jew jirċievu inċentivi mal-obbligu li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali b’konformità mal-aħjar interessi tal-klijent. |
5. L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4 għandhom iqisu:
(a) |
in-natura tas-servizzi offruti jew ipprovduti lill-klijent jew lill-klijenti potenzjali, filwaqt li jitqiesu t-tip, l-oġġett, id-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet; |
(b) |
in-natura tal-prodotti offruti jew ikkunsidrati, inklużi tipi differenti ta’ prodotti ta’ investment ibbażati fuq assigurazzjoni. |
Artikolu 30
Valutazzjoni tal-idoneità u tal-adegwatezza u r-rappurtar lill-klijenti
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(1), meta jipprovdu konsulenza dwar prodott tal-investiment ibbażat fuq assigurazzjoni, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jiksbu wkoll l-informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-għarfien u l-esperjenza tal-klijent jew tal-klijent potenzjali fil-qasam ta’ investiment rilevanti għat-tip speċifiku ta’ prodott jew servizz, is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dik il-persuna, inkluż il-kapaċità ta’ dik il-persuna li ġġarrab telf, u l-għanijiet ta’ investiment ta’ dik il-persuna, inkluża t-tolleranza ta’ dik il-persuna għar-riskju, sabiex l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża ta’ assigurazzjoni jkunu jistgħu jirrakkomandaw lill-klijent jew lill-klijent potenzjali l-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni li huma xierqa għal dik il-persuna u, b’mod partikolari, ikunu konformi mat-tolleranza tiegħu għar-riskju ta’ dik il-persuna u l-abilità li jġarrab it-telf.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew impriża ta’ assigurazzjoni jipprovdu konsulenza dwar l-investiment li jirrakkomanda pakkett ta’ servizzi jew prodotti marbuta flimkien skont l-Artikolu 24, il-pakkett globali ta’ prodotti flimkien ikun xieraq.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni, fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni oħra barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’rabta mal-bejgħ fejn ma tingħatax konsulenza, għandhom jitolbu lill-klijent jew klijent potenzjali li jipprovdu informazzjoni dwar l-għarfien u l-esperjenza ta’ dik il-persuna fil-qasam tal-invesiment rilevanti għat-tip speċifiku ta’ prodott jew servizz offrut jew mitlub, sabiex l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni jkunu jistgħu jivvalutaw jekk is-servizz jew prodott ta’ assigurazzjoni fil-mira humiex xierqa għall-klijent. Meta pakkett ta’ servizzi jew prodotti jiġi previst skont l-Artikolu 24, il-valutazzjoni għandha tqis jekk il-pakkett globali ta’ prodotti flimkien huwiex xieraq.
Fejn l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni jqisu, abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont l-ewwel subparagrafu, li l-prodott ma jkunx xieraq għall-klijent jew klijent potenzjali, l-intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni għandhom jagħtu twissija għal dak l-effett lill-klijent jew klijent potenzjali. Dik it-twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat.
Fejn il-klijenti jew klijenti potenzjali ma jipprovdux l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, jew fejn ma jipprovdux biżżejjed informazzjoni rigward l-għarfien u l-esperjenza tagħhom, l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jagħtuhom twissija li mhumiex f’qagħda li jiddeterminaw jekk prodott fil-mira huwiex xieraq għalihom. Dik it-twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(1), fejn ma tingħata l-ebda konsulenza fir-rigward tal-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li tippermetti l-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew l-impriżi tal-assigurazzjoni jwettqu attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni fit-territorji tagħhom mingħajr il-bżonn li jakkwistaw informazzjoni jew li jagħmlu d-determinazzjoni prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
l-attivitajiet jirreferu għal waħda minn dawn il-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni li ġejjin:
|
(b) |
l-attività ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni titwettaq fuq inizjattiva tal-klijent jew klijent potenzjali; |
(c) |
il-klijent jew klijent potenzjali jkunu ġew informati b’mod ċar, li fl-għoti tal-attività ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni, l-intermedjarji jew l-impriżi tal-assigurazzjoni mhumiex meħtieġa jivvalutaw kemm huma xierqa l-prodott tal-investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jew l-attività ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni provduti jew offruti u li l-klijent jew il-klijent potenzjali ma jibbenefikawx mill-protezzjoni korrispondenti tar-regoli rilevanti dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet. Tali twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat; |
(d) |
l-intermedjarju jew l-impriża ta’ assigurazzjoni jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 27 u 28. |
L-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew l-impriżi tal-assigurazzjoni kollha, inklużi dawk li joperaw taħt il-libertà li jipprovdu servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment, meta jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ma’ klijenti li għandhom ir-residenza abitwali jew l-istabbiliment tagħhom fi Stat Membru li ma jagħmilx użu mid-deroga msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli f’dak l-Istat Membru.
4. L-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jistabbilixxu rekord li jinkludi d-dokument jew aktar, bħal kuntratt li jkun ġie miftiehem bejn l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni u l-klijent, u li jkun stipula d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, kif ukoll kundizzjonijiet oħra li skonthom l-intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni għandhom jipprovdu servizzi lill-klijent. Id-drittijiet u d-dmirijiet tal-partijiet fil-kuntratt jistgħu jiġu inkorporati b’riferiment għal dokumenti jew testi legali oħrajn.
5. L-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jipprovdu lill-klijent b’rapporti adegwati dwar is-servizz ipprovdut fuq mezz durabbli. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu komunikazzjonijiet perjodiċi lill-klijenti, li jqisu t-tip u l-kumplessità tal-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni involuti u n-natura tas-servizz mogħti lill-klijent, u għandhom jinkludu, fejn applikabbli, il-kostijiet assoċjati mat-tranżazzjonijiet u s-servizzi mwettqa f’isem il-klijent.
Meta tiġi pprovduta konsulenza dwar prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, jipprovdu lill-klijent b’dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza f’format durabbli billi tispeċifika l-parir mogħti u kif dak il-parir jissodisfa l-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħrajn tal-klijent. Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 23(1) sa (4) għandhom japplikaw.
Fejn il-kuntratt huwa konkluż bl-użu ta’ mezz ta’ komunikazzjoni b’distanza li jipprevjeni t-twassil minn qabel tad-dikjarazzjoni tal-adegwatezza, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni jistgħu jipprovdu dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza f’format durabbli immedjatament wara li l-konsumatur ikun intrabat b’xi ftehim, sakemm jiġu sodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-klijent ta l-kunsens tiegħu biex jirċievi d-dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tal-kuntratt; u |
(b) |
l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni jkunu taw lill-klijent l-għażla li jdewwem il-konklużjoni tal-kuntratt sabiex jirċievi d-dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza qabel tali konkluzjoni. |
Fejn intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew impriża ta’ assigurazzjoni jkunu infurmaw lill-klijent li se jwettqu valutazzjoni perjodika dwar l-adegwatezza, ir-rapport perjodiku għandu jkollu dikjarazzjoni aġġornata dwar kif il-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jissodisfa l-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħrajn tal-klijent.
6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 biex tispeċifika ulterjoment kif l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom jikkonformaw mal-prinċipji stipulati f’dan l-Artikolu fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni mal-klijenti tagħhom, inkluża fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi akkwistata meta jiġu vvalutati l-adegwatezza u kemm huma xierqa l-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni għall-klijenti tagħhom, il-kriterji biex jiġu vvalutati l-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni mhux kumplessi għall-iskop tal-punt (ii) tal-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u l-kontenut u l-format tar-rekords u l-ftehimiet għall-għoti ta’ servizzi għall-klijenti u ta’ rapporti perjodiċi għall-klijenti dwar is-servizzi pprovduti. Dawk l-atti delegati għandhom iqisu:
(a) |
in-natura tas-servizzi offruti jew ipprovduti lill-konsumatur jew lill-konsumatur potenzjali, filwaqt li jitqiesu t-tip, l-oġġett, id-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet; |
(b) |
in-natura tal-prodotti offruti jew ikkunsidrati, inklużi tipi differenti ta’ prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni; |
(c) |
in-natura konsumistika jew professjonali tal-klijent jew il-klijent potenzjali. |
7. Sat-23 ta' Awwissu 2017, l-EIOPA għandha tiżviluppa linji gwida, u imbagħad taġġornahom perjodikament, għall-valutazzjoni ta’ prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni li jinkorporaw struttura li tagħmilha diffiċli għall-klijenti li jifhmu r-riskju involut kif imsemmi fil-punt (i) tal-punt (a) tal-paragrafu 3.
8. L-EIOPA tista’ tiżviluppa linji gwida, u imbagħad taġġornahom perjodikament, għall-valutazzjoni ta’ prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni li jkunu qed jiġu kklassifikati bħala mhux kumplessi għall-għan tal-punt (ii) tal-punt (a) tal-paragrafu 3, filwaqt li jitqiesu l-atti delegati adottati skont il-paragrafu 6.
KAPITOLU VII
SANZJONIJIET U MIŻURI OĦRA
Artikolu 31
Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra
1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra applikabbli għall-ksur kollu tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri oħra tagħhom ikunu effiċjenti, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi taħt din id-Direttiva għal ksur li huwa soġġett għal sanzjonijiet kriminali skont il-liġi nazzjonali tagħhom. F’tali każ, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi kriminali.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat superviżorji tagħhom, inklużi s-setgħat investigattivi u s-setgħat li jimponu sanzjonijiet previsti f’dan il-Kapitolu, skont il-qafas ġuridiku nazzjonali tagħhom b’xi wieħed mill-modi li ġejjin:
(a) |
direttament; |
(b) |
f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra; |
(c) |
b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti. |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn japplikaw obbligi għad-distributuri tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, fil-każ ta’ ksur ta’ tali obbligu, jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet kontra, u miżuri oħra fir-rigward ta’,membri tal-korp maniġerjali jew superviżorju tagħhom, u fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika li, skont il-liġi nazzjonali, tkun responsabbli għal tali ksur.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri l-oħra meħuda f’konformità ma’ dan l-Artikolu jkunu soġġetti għad-dritt ta’ appell.
6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat investigattivi kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li dawk is-sanzjonijiet u miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa, u għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transkonfinali, filwaqt li jiżguraw li l-kundizzjonijiet huma ssodisfati għall-ipproċessar tad-data leġittima skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 33, huma għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji kollha biex:
(a) |
jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fit-territorju tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet jew proċeduri kriminali mibdija minħabba ksur possibbli taħt din id-Direttiva; u |
(b) |
jipprovdu tali informazzjoni lil awtoritajiet kompetenti oħra u l-EIOPA biex jissodisfaw l-obbligu tagħhomli jikkooperaw ma’ xulxin u mal-EIOPA għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. |
Artikolu 32
Pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet u miżuri oħra
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw kwalunkwe sanzjoni amministrattiva jew miżura oħra li tkun ġiet imposta għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw ta’ din id-Direttiva, u kontra liema ma sar l-ebda appell fil-ħin, inkluża informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur, kif ukoll l-identità tal-persuni responsabbli għalih. Madankollu, fejn il-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuni ġuridiċi, jew l-identità jew id-data personali tal-persuni fiżiċi, titqies bħala sproporzjonata mill-awtorità kompetenti wara li ssir valutazzjoni ta’ kull każ individwali dwar il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali data, jew fejn il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni li tkun għaddejja, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tipposponi l-pubblikazzjoni, li ma tippubblikax, jew li tippubblika s-sanzjonijiet b’mod anonimu.
2. Fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi l-pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura oħra, li tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom, mingħajr dewmien mhux dovut, tali informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar l-eżitu ta’ dan l-appell. Barra minn hekk, kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti li tiġi imposta sanzjoni jew miżura oħra li tkun ġiet ippubblikata għandha wkoll tiġi ppubblikata.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-EIOPA dwar is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri oħra kollha imposti, iżda mhux ippubblikati f’konformità mal-paragrafu 1, inkluż dwar kwalunkwe appell relatat magħhom u l-eżitu tagħhom.
Artikolu 33
Ksur, u sanzjonijiet u miżuri oħra
1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal tal-inqas dan li ġej:
(a) |
persuni li ma jirreġistrawx l-attivitajiet ta’ distribuzzjoni tagħhom skont l-Artikolu 3; |
(b) |
impriża jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jużaw is-servizzi ta’ distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni ta’ persuni msemmija fil-punt (a); |
(c) |
intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li jkun kiseb reġistrazzjoni permezz ta’ stqarrijiet foloz jew kwalunkwe mezz irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 3; |
(d) |
distributur tal-assigurazzjoni li jonqos milli jissodisfa d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10; |
(e) |
impriża tal-assigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni li jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kondotta tal-operazzjonijiet stipulati fil-Kapitoli V u VI, fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni; |
(f) |
distributur ta’ assigurazzjoni li ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-kondotta tal-operazzjonijiet stipulati fil-Kapitolu V, fir-rigward ta’ kwalunkwe prodott tal-assigurazzjoni għajr dawk imsemmija fil-punt (e). |
2. Fil-każ ta’ kwalunkwe ksur imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għandhom is-setgħa li jimponu, f’konformita’ mal-liġi nazzjonali, tal-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra li ġejjin:
(a) |
stqarrija pubblika, li tindika l-persuna responsabbli naturali jew ġuridika u n-natura tal-ksur; |
(b) |
ordni li titlob lill-persuna responsabbli naturali jew ġuridika twaqqaf il-kondotta u ma tirrepetix dik il-kondotta; |
(c) |
fil-każ ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni, l-irtirar tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 3; |
(d) |
projbizzjoni temporanja ta’ kwalunkwe membru tal-korp maniġerali tal-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni imposti li jinżammu responsabbli; |
(e) |
fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi li ġejjin:
|
(f) |
fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi li ġejjin:
|
3. Fil-każ ta’ xi ksur imsemmi fil-punti (a) sa (d) u (f) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu, f’konformita’ mal-liġi nazzjonali, tal-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra li ġejjin:
(a) |
ordni li titlob lill-persuna responsabbli naturali jew ġuridika twaqqaf il-kondotta u ma tirrepetix dik il-kondotta; |
(b) |
fil-każ ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni u tal-assigurazzjoni anċillari, l-irtirar tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 3. |
4. L-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jipprevedu sanzjonijiet jew miżuri oħra addizzjonali u livelli ta’ sanzjonijiet amministrattivi pekunarji li jkunu ogħla minn dawk previsti f’dan l-Artikolu.
Artikolu 34
Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet u miżuri oħra
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip ta’ sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri oħra u l-livell ta’ sanzjonijiet amminstrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż fejn adatt:
(a) |
il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur; |
(b) |
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli; |
(c) |
is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, kif indikat jew mid-dħul annwali tal-persuna naturali responsabbli jew mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli; |
(d) |
l-importanza tal-profitti miksuba jew tad-danni evitati mill-persuna naturali jew ġuridika, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati; |
(e) |
it-telf għall-klijenti u l-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, dment li dan ikun jista’ jiġi determinat; |
(f) |
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti; |
(g) |
miżuri meħuda mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli biex tipprevjeni li jiġi ripetut il-ksur; u |
(h) |
kwalunkwe ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli. |
Artikolu 35
Rappurtar ta’ ksur
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jippermettu u jinkoraġġixxu r-rappurtar lilhom ta’ ksur possibbli jew attwali tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva.
2. Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:
(a) |
proċeduri speċifiċi għall-wasla ta’ rapporti u s-segwitu tagħhom; |
(b) |
protezzjoni xierqa, tal-inqas kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni jew tipi oħrajn ta’ trattament mhux ġust, tal-impjegati tad-distributuri tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u, fejn ikun possibbli, għal persuni oħra, li jirrappurtaw ksur imwettaq f’dawk l-entitajiet; u |
(c) |
protezzjoni tal-identità kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll tal-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli għall-ksur, fl-istadji kollha tal-proċeduri dment li tali żvelar ma jkunx mitlub mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji sussegwenti. |
Artikolu 36
Preżentazzjoni ta’ informazzjoni lill-EIOPA li tirrigwarda sanzjonijiet u miżuri oħra
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-EIOPA dwar is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri oħra kollha imposti imma mhux ippubblikati skont l-Artikolu 32(1).
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu kull sena lill-EIOPA b’informazzjoni aggregata rigward is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri l-oħra kollha imposti skont l-Artikolu 31.
L-EIOPA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali.
3. Fejn l-awtorità kompetenti tkun żvelat sanzjoni amministrattiva jew miżura oħra lill-pubbliku, hija għandha, fl-istess ħin, tirrapporta dak il-fatt lill-EIOPA.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 37
Protezzjoni tad-data
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva 95/46/KE għall-ipproċessar tad-data personali li jsir fl-Istati Membri skont din id-Direttiva.
2. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar tad-data personali li jsir mill-EIOPA skont din id-Direttiva.
Artikolu 38
Atti ddelegati
Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 39, li jikkonċernaw l-Artikoli 25, 28, 29 u 30.
Artikolu 39
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 25, 28, 29 u 30 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien mhux determinat mit-22 ta' Frar 2016.
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 25, 28, 29 u 30 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Tali revoka għandha tidħol fis-seħħ mill-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ir-revoka ma għandha tolqot il-validità tal-ebda att iddelegat diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 25, 28, 29 u 30 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 40
Perjodu tranżitorju
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji diġà rreġistrati skont id-Direttiva 2002/92/KE jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 10(1) ta’ din id-Direttiva sat-23 ta' Frar 2019.
Artikolu 41
Reviżjoni u evalwazzjoni
1. Sat-23 ta' Frar 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 1. Tali rapport għandu jinkludi valutazzjoni, abbażi tal-informazzjoni rċevuta mill-Istati Membri u l-EIOPA skont l-Artikolu 1(5), dwar jekk il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluża l-eċċezzjoni fl-Artikolu 1(3), jibqgħux xierqa fir-rigward tal-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur, il-proporzjonalità tat-trattament bejn distributuri differenti tal-assigurazzjoni u l-piż amministrattiv impost fuq l-awtoritajiet kompetenti u l-mezzi ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni.
2. Sat 23-ta' Frar 2021, il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva. Ir-reviżjoni għandha tinkludi sondaġġ ġenerali tal-applikazzjoni prattika tar-regoli stipulati taħt din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq bl-imnut tal-prodotti tal-investiment, kif ukoll l-esperjenzi miksuba fl-applikazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva, tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE. Ir-reviżjoni għandha tinkludi evalwazzjoni dwar jekk ir-regoli speċifiċi dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet għad-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni stipulati fil-Kapitolu VI ta’ din id-Direttiva jwasslux għal riżultati xierqa u proporzjonati, filwaqt li jqisu l-bżonn li jiżguraw livell suffiċjenti ta’ protezzjoni tal-konsumaturi konsistenti mal-istandards tal-protezzjoni tal-investitur applikabbli skont id-Direttiva 2014/65/UE u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni u n-natura speċifika tal-mezzi ta’ distribuzzjoni tagħhom. Ir-reviżjoni għandha wkoll tirrifletti dwar l-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/41/KE. Tali reviżjoni msemmija għandha tinkludi wkoll analiżi speċifika tal-impatt tal-Artikolu 19 ta’ din id-Direttiva, filwaqt li titqies il-qagħda tal-kompetizzjoni fis-suq tad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni għall-kuntratti għajr dawk tal-klassijiet speċifikati fl-Anness II għad-Direttiva 2009/138/KE, u l-impatt tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 19 ta’ din id-Direttiva dwar l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jkunu intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju.
3. Wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, il-Kummissjoni għandha tressaq l-ewwel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Sat-23 ta' Frar 2020, u tal-inqas kull sentejn wara dan, l-EIOPA għandha tħejji rapport ulterjuri dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-EIOPA għandha tikkonsulta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq qabel ma tippubblika r-rapport tagħha.
5. Fit-tielet rapport, li għandu jitħejja sat-23 ta' Frar 2018, l-EIOPA għandha twettaq evalwazzjoni tal-istruttura tas-swieq tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni.
6. Ir-rapport li għandu jitħejja mill-EIOPA sat-23 ta' Frar 2020 imsemmi fil-paragrafu 4, għandu jeżamina jekk l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 12(1) għandhomx setgħat suffiċjenti u riżorsi adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom.
7. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jeżamina, mill-inqas, il-kwistjonijiet li ġejjin:
(a) |
kwalunkwe bidliet fl-istruttura tas-suq tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni; |
(b) |
kwalunkwe bidliet fix-xejriet tal-attività transkonfinali; |
(c) |
it-titjib tal-kwalità tal-konsulenza u tal-metodi ta’ bejgħ, kif ukoll dwar l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jkunu intrapriżi żgħar u medji. |
8. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jinkludi wkoll evalwazzjoni mill-EIOPA tal-impatt ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 42
Transpożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-23 ta' Frar 2018. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll stqarrija li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir, u kif dik l-istqarrija għandha tiġi fformulata.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 43
Emenda għad-Direttiva 2002/92/KE
Il-Kapitolu IIIA tad-Direttiva 2002/92/KE jitħassar b’effett mit-23 ta' Frar 2016.
Artikolu 44
Tħassir
Id-Direttiva 2002/92/KE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fil-Parti A tal-Anness II, titħassar b’effett mit-23 ta' Frar 2018, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi elenkati fil-Parti B tal-Anness II.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 45
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 46
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta' Jannar 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
(1) ĠU C 44, 15.2.2013, p. 95.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2015 (għad mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2015.
(3) Id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3).
(4) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
(8) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(10) Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).
(11) ĠU C 100, 6.4.2013, p. 12.
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(13) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(14) Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
(15) Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).
(16) Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214).
(17) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
ANNESS I
REKWIŻITI MINIMI TA’ GĦARFIEN U KOMPETENZI PROFESSJONALI
(kif imsemmi fl-Artikolu 10(2))
I |
Riskji mhux tal-ħajja klassifikati skont il-klassijiet 1 sa 18 fil-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2009/138/KE:
|
II |
Il-prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni:
|
III |
Riskji tal-ħajja klassifikati fl-Anness II għad-Direttiva 2009/138/KE:
|
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tagħha
Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3)
Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349)
Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19)
PARTI B
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali imsemmija fl-Artikolu 44
Direttiva |
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttivi emendatorji |
2014/65/UE (UE) 2016/97 |
3.7.2016 22.2.2016 (fir-rigward tal-emenda tad-Direttiva 2002/92/KE skont l-Artikolu 43 ta’ din id-Direttiva) 23.2.2018 (fir-rigward tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva skont l-Artikolu 42) |
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
Direttiva 2002/92/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(3) u (4) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(6) |
Artikolu 2 punt (1) |
Artikolu 2(1) punt (6) |
Artikolu 2 punt (2) |
Artikolu 2(1) punt (7) |
Artikolu 2 punt (3) |
Artikolu 2(1) punt (1) u Artikolu 2(2) |
Artikolu 2 punt (4) |
Artikolu 2(1) punt (2) u Artikolu 2(2) |
Artikolu 2 punt (5) |
Artikolu 2(1) punt (3) |
Artikolu 2 punt (6) |
Artikolu 2(1) punt (5) |
Artikolu 2 punt (7) |
— |
Artikolu 2 punt (8) |
Artikolu 2(1) punt (16) |
Artikolu 2 punt (9) |
Artikolu 2(1) punt (10) |
Artikolu 2 punt (10) |
Artikolu 2(1) punt (11) |
Artikolu 2 punt (11) |
— |
Artikolu 2 punt (12) |
Artikolu 2(1) punt (18) |
Artikolu 2 punt (13) |
Artikolu 2(1) punt (17) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(2) u (3) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 3(4) |
— |
Artikolu 3(5) |
— |
Artikolu 3(6) |
Artikolu 16 |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 10(1) u (2) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 10(4) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 10(6) |
Artikolu 4(5) |
— |
Artikolu 4(6) |
— |
Artikolu 4(7) |
Artikolu 10(7) |
Artikolu 5 |
Artikolu 40 |
Artikolu 6(1) |
Artikoli 4 u 6 |
Artikolu 6(2) |
— |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 7 |
Artikolu 12 |
Artikolu 8 |
Artikoli 5, 7, 31 sa 36 |
Artikolu 9 |
Artikolu 13 |
Artikolu 10 |
Artikolu 14 |
Artikolu 11 |
Artikolu 15 |
Artikolu 12(1) punt (a) |
Artikolu 18 punti (a)(i), (b)(i) |
Artikolu 12(1) punt (b) |
Artikolu 18 punti (a)(iv) |
Artikolu 12(1) punt (c) |
Artikolu 19(1) punt (a) |
Artikolu 12(1) punt (d) |
Artikolu 19(1) punt (b) |
Artikolu 12(1) punt (e) |
Artikoli 18 punti (a)(iii), (b)(iii) u 19(1) punt (c) |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 20(3) |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 20(1) |
Artikolu 12(4) |
Artikolu 22(1) |
Artikolu 12(5) |
Artikolu 22(2) u (4) |
Artikolu 13 |
Artikolu 23 |
Artikolu 14 |
— |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 17 |
— |