Mistoqsijiet frekwenti - Kif iddaħħal lil uliedek fi skola f'pajjiż ieħor tal-UE
Uliedi għadhom ma tantx jafu jitkellmu l-ilsien tal-pajjiż fejn għadna kif ġejna noqgħodu. Dan ifisser li jkollna ndaħħluhom f'xi skola internazzjonali għalja?
- Bħala ċittadini tal-UE, uliedek għandhom id-dritt jattendu l-iskola ta' kwalunkwe pajjiż tal-UE bl-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż. Għandhom id-dritt li jkunu fi klassi ma' tfal tal-istess età, fil-livell ekwivalenti għall-klassi tagħhom fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek, hu x'inhu il-livell tal-lingwa tagħhom.
Jekk int ċittadin/a tal-UE li se tmur tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE minħabba x-xogħol, it-tfal tiegħek għandhom id-dritt, skont il-liġi tal-UE, li jirċievu tagħlim tal-lingwa b'xejn fil-pajjiż ġdid tiegħek biex jgħinhom jadattaw għas-sistema skolastika hemmhekk.
Għandi bżonn nuri evidenza tar-rekords edukattivi tat-tfal tiegħi meta mmur ngħix f'pajjiż ieħor?
Dan ivarja skont il-pajjiż - iżda ġeneralment tkun idea tajba li żżomm fajl dwar l-istorja edukattiva ta' wliedek. Dan se jgħinhom meta japplikaw għall-edukazzjoni sekondarja u biex jinkitbu fi skola.
Il-fajl jista' jinkludi dan li ġej:
- kopji tat-traskrizzjonijiet jew ir- rapporti kollha (kun żgur li jkollok l-oriġinali bit-timbru tal-iskola, peress li l-iskola l-ġdida tkun trid tarahom).
- ittri ta' referenza mill-għalliema u/jew mill-kap tal-iskola
- lista ta' kotba tal-iskola kurrenti u deskrizzjoni tal-kurrikulu, biex jgħinek u lill-għalliem il-ġdid tiddeterminaw f'liema livell jinsabu wliedek.
- ir-riżultati tat-testijiet, speċjalment fil-lingwa nattiva ta' wliedek, il-matematika u x-xjenzi.
- it- tilqim u rekords mediċi reċenti ta' wliedek.
L-aħħar verifika: 06/01/2025