Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fuq https://european-union.europa.eu/index_en
Ma tapplikax għall-kontenut jew għas-siti web l-oħra li hemm fis-subdominji tiegħu. Dawk is-siti web u l-kontenut tagħhom ikollhom id-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà speċifika tagħhom stess.
Dan is-sit web huwa mmaniġġjat mill-Kummissjoni Ewropea f’isem l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea, taħt is-superviżjoni tal-Kumitat Interistituzzjonali tal-Komunikazzjoni Online (IOCC). Tfassal biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltà.
Dan jippermettilek:
- tkabbar sa 200% mingħajr problemi,
- iżżur ħafna mis-sit web bit-tastiera biss, u
- iżżur ħafna mis-sit web b’qarrej tal-iskrin modern u b’software li jagħraf id-diskors (fuq kompjuter jew mobile)
Dan is-sit web tfassal biex jikkonforma mal-istandard tekniku għal siti web u apps tal-mobile, EN 301 549 v.3.2.1. Jimxi mill-qrib mal-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).
Status tal-konformità
Dan is-sit web jimxi parzjalment skont l-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u skont il-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 Livell AA. Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal aktar dettalji.
Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fil-25 ta’ Ottubru 2024.
Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni
Din id-dikjarazzjoni tħejjiet fis-16 ta’ Diċembru 2024.
Id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn espert tal-aċċessibbiltà kkwalifikat fl-IAAP, b’taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.
Rispons
Napprezzaw ir-rispons tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Kummissjoni Ewropea. Jekk issib xi ostakli għall-aċċessibbiltà, ikkuntattjana:
- bit-telefown: 00 800 6 7 8 9 10 11
- bil-formola tal-kuntatt: Iktbilna (iżda tipprovdi l-ebda informazzjoni sensittiva fil-formola, eż. informazzjoni li tiżvela informazzjoni finanzjarja personali, informazzjoni relatata ma’ saħħtek, jew xi suġġett sensittiv ieħor).
Nippruvaw inwieġbu r-rispons fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jasal għand id-dipartiment ikkonċernat fil-Kummissjoni Ewropea.
Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva
Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea tfassal biex ikun kompatibbli mal-aktar teknoloġiji assistivi użati li ġejjin:
- l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome, Microsoft Edge, Mozilla Firefox u Apple Safari;
- u mal-aħħar verżjonijiet tal-NVDA, il-VoiceOver u t-TalkBack.
Speċifikazzjonijiet tekniċi
L-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Unjoni Ewropea tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex taħdem bil-kombinament partikolari ta’ browser tal-web u teknoloġija assistiva jew plugins li jkun hemm installati fuq il-kompjuter tiegħek:
- HTML
- WAI-ARIA
- CSS
- JavaScript
Kontenut mhux aċċessibbli
Minkejja li qed nagħmlu l-almu kollu tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Unjoni Ewropea, nafu li hemm xi limitazzjonijiet u qed naħdmu biex nirranġawhom. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufa u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk issib xi waħda li ma tissemmiex hawn taħt, nitolbuk tikkuntatjana.
Limitazzjonijiet magħrufin fis-sit web tal-Unjoni Ewropea:
- Il-videoplayer – aċċessibbiltà bit-tastiera: Nafu li hemm xi diffikultajiet fl-aċċessibbiltà bit-tastiera għall-videoplayer tagħna (meta tiġi biex tagħżel il-lingwa tal-caption mill-menù, ma tistax tuża l-vleġeġ tat-tastiera biex tmur minn lingwa għall-oħra, u jkollok tuża l-buttuna TAB).
- Il-captions tal-videos: Uħud mill-videos tagħna m’għandhomx captions. Qed naħdmu kontinwament biex inżidu dawn il-captions ma’ aktar videos.
- Id-deskrizzjoni tal-audio: Il-videos fuq dan is-sit web m’għandhomx deskrizzjoni tal-audio.
- Bla titlu fil-frame tal-video: Meta l-videos ikunu fi frame, il-frame mhux dejjem ikollu titlu. Din qed nippjanaw li nsolvuha sal-aħħar ta’ Marzu 2025.
- Il-ġerarkija tal-intestaturi: Xi paġni ma jippreżentawx kontenut f’organizzazzjoni ġerarkika tal-intestaturi. Din qed nippjanaw li nsolvuha sa Marzu 2025.
- Jinfetħu links esterni mingħajr twissija: Xi links qed jiftħu window (jew tab) ġdida mingħajr twissija. Din qed nippjanaw li nsolvuha sa Marzu 2025.
- Il-links: Meta link ta’ download ikun jirreferi għal paġna web oħra, dan jiftaħ window jew tab ġdida. Din qed nippjanaw li nsolvuha sa Marzu 2025.
- L-animazzjonijiet: Xi paġni fihom animazzjonijiet, bħal graphs animati, li ma jistgħux jitwaqqfu temporanjament jew għalkollox jew jinħbew. Din qed nippjanaw li nsolvuha matul l-2025.